Adrian Delia riesaq biex jaċċetta jkun il-Viċi Kap tal-Partit Nazzjonalista, hekk kif kull parir li qed jingħata hu biex ma jkomplix jissuppervja, u ma jispiċċax ikun akkużat li qed ifixkel jew agħar, li jtellef l-elezzjoni lil Alex Borg.
Għal dawn l-aħħar ġimgħatejn Delia kien qed jirrifjuta li jaċċetta l-istedina tal-Kap il-ġdid Alex Borg li joqgħod bħala l-Viċi Kap tal-Partit, għaliex kien qed iħossu ‘ittradut’ u ‘milgħub’ minn dak li darba kien id-denfil tiegħu, li spiċċa ħareġ jikkontestah u rebaħlu b’miserja ta’ 44 vot.
Delia hu rappurtat li kien furjuż għar-riżultat u għall-umiljażżjoni li ġarrab fit-tieni elezzjoni konsekuttiva għat-tmexxija tal-PN. Għalhekk, kull kuntatt li għamel miegħu Alex Borg mill-elezzjoni l-hawn, Delia kien qed jirrifjuta li jinħatar Viċi-Kap.
Borg u l-assistenti tiegħu għadhom s’issa ma kellmu lill-ebda Deputat biex jiddiskuti l-inkarigi għal Shadow Cabinet, sakemm Delia jagħtih risposta, u dan kien qed iqajjem frustrazjoni fi ħdan il-Grupp Parlamentari, b’uħud jilmentaw li kienu qed jinżammu ‘ostaġġi’ tas-suppervja ta’ Delia.
Madankollu, jidher issa li Delia riesaq biex jinforma lil Alex Borg li kien se jaċċetta l-kariga ta’ Viċi Kap, kif stqarr din il-ġimgħa l-Avukat Edward Debono waqt il-programm Perspettivi fuq Net TV, fejn stqarr il-fiduċja tiegħu li Delia se jaċċetta l-inkarigu.
Edward Debono qed jagħmilha ta’ kelliem għal Delia u jidher li ppożizzjona ruħu bħala konsulent ewlieni tiegħu fuq materji ta’ partit u politika, tant li saħansitra daħal fil-kwistjoni dwar il-voti eliġibbli u mhux eliġibbli waqt il-votazzjoni.
L-informażżjoni li għandna tindika li Delia se jinħatar Viċi-Kap għall-Affarijiet tal-Parlament, hekk kif Alex Borg se jressaq możżjoni waqt il-Kunsill Ġenerali li ġej, biex il-PN jirritortna viex ikoll żewġ Viċi-Kapijiet, nl-ieħor ikun mhux Deputat, u responsabbli għall-affarijiet tal-Partit.
Alex Borg diġa’ għandu f’moħħu persina partikolari għal dan l-irwol.




