Fil-Partit Nazzjonalista kollox hu possibbli.
Għedewwa jsiru ħbieb u l-‘ħbieb’ – l-aqwa li jkunu ta’ konvenjenża – jagħmlu l-kompromessi, u dan a skapitu tal-partitarju, li saryu lanqas biss jikkalkulawh f’xejn.
U din hi l-istorja ta’ kif l-establishment tal-PN u l-klikka estremista qed taħdem biex tiżgura li Adrian Delia jilħaq Kap tal-PN, minkejja li kienu l-istess nies li qaċċtuh ħames snin ilu.
Minbarra r-ritratti u l-pożi ta’ Beppe Fenech Adami u nies oħra ma’ Adrian Delia, li issa qed jappoġġjawh għall-kariga ta’ Kap, hemm aktar li qed jinħeba mill-partitarji li qed jitbellħu jaraw dawn il-kuntrumbajsi strambi iseħħu quddiem għajnejhom.
Dan għaliex il-kompromess li ntlaħaq ma’ Delia hu djaboliku sal-punt kif minkejja l-kundanna tal-Bord li jħejjo d-‘due diligence’ fuq il-kandidati għalt-tellieqa għal Kap, dan mistenni jippreżenta rapport li se joħroġ lil Delia jfuħ, u jisparixxu d-dubji kollha li kieny tqajjmu fl-2017 u li kienu wasslu lil Simon Busuttil jiddikjara: ‘li kieku jien kont iffaċċjat b’dan ir-rapport, kont nirtira!’
B’hekk ir-rapport ta’ due diligence li mistenni jkun ippubblikat fil-ġimgħat li ġejjiN, saħansitra se jinjora dak li kienet kitbet b’volumi sħaħ Daphne Caruana Galizia fuq Adrian Delia.
L-allegazzjonijiet li kienet għamlet Caruana Galizia fil-konfront ta’ Delia kienu serrji ħafna, u jvarjaw minn akkużi dwar vjolenża domestika, ħasil ta’ flus, assoċjazzjoni krfiminlai, dejn u ħboberiji dubjużi.
dWAR DAN, Delia kien fetaħ għadd ta’ kawżi ta’ libell kontra Caruana Galizia u kien għajjarha pubblikament bħala ‘biċċa blogger’.
Dan kollu diġa wasal għand il-familja Caruana Galizia, li minn naħa tagħha diġa qed tibbottja kontra dawn il-manuvri.
Il-ħaġa stramba hi li l-istess nies li kienu rikbu fuq il-kitba ta’ Caruana Galizia, issa qed jipproteġuh, għaliex il-kompromess milħuq hu sempliċi: Jitla Delia u se jipproteġihom lura u se jħalli lill-ebda mill-estremisti jitkeċċa, jiġi sospiż jew mogħti sarima. Anżi, se jkun qed jikkollabora bis-sħiħ magħhom.
Kemm-il darba għedtha. Delia jħobb jissawwat!




