Terry Muscat għal Kap tal-PN!
Għahekk baqgħet siekta hi, għax impenjata ddur il-każini tikkonvinċi lit-tesserati tal-PN jivvutawla. Ifhmu, għandha CV impekkabbli u f’Bormla jistgħu kollha jixħdu għaliha.
Terry tal-Mużew, Terry tad-Duttrina, Terry tal-famifil-Gvern għax idekriminalizza l-kannabis gaħlja, Terry tal-Caritas. Terry tal-PN!
Allura bilfors li fl-isfonf tas-sitwazzjoni li jinsab fiha bħalissa l-PN, Terry Muscat tibqa’ l-aħjar għażla, u emmnuni li bir-rata ta’ tqaċċit ta’ Kapijiet, il-PN għandu jsib f’Terry s-serħan tal-moħħ bħala Kap soda u kredibbli ħafna!
Dan l-aħħar, Terry ħalliet f’idejn oħtha Michelle biex tweġibni għal artiku li ktibt, u kxift l-ipokreżija ta’ Terry Muscat li tkażat bil-Labour għaliex iddekriminalizza l-kannabis.
Weġibtha fuq kif naraha rikka ġejja minn Terry stess meta hi kienet skontat 21 xahar ħabs (mhux disa) fuq traffikar ta’ eroina b#sentenża definttiva mill-Qorti tal-Appell Kriminali.

Terry Muscat, dalwaqt il-Kap ġdida tal-PN
Fis-sentenża, l-Qorti kellha spjegazjoni kkulurita ta’ min hi Terry Muscat, u issa tiġi oħtha Michelle u mingħalija se tgħajjarni u tivvinta fuqi!
Terry u Michelle, il-Facebook mhux iż-żuntier jew il-Pjazza ta’ Bormla fejn taħsbu li tistgħu tgħidu li tridu. L-Avukati tagħna se jkellmukom u jispjegawlkom xi tfisser malafama, libell, u ħafna affarijiet legali oħra li se jinvolvu siegħat ta’ qari u tħabbil tal-moħħ, u li se jiswew ħafna flus f’kumpensi mingħand ċarlatani.




