Kemm hi evidenti l-frustrazzjoni fuq Arnold Cassola!
Il-qrid, il-biki, is-suppervja! lkoll sintomi ta’ raġel kast u perpetwalment verġni li għadu ma sab xejn x’jissodisfaħ jew fejn jinfexx.
Cassola gġħandu ossessjon i waġda. Dak tas-siġġu tal-poter. Ikun fejn ikun, jiġi fejn jiħi. Bħal fl-Italja fejn kien diġa Deputat u tildu wara sentejn biss, jew f’Kunsill Lokali, jew fil-Parlament Ewropew, jew fil-Parlament Nazzjonali.
Ifhmuni – Cassola, li dalgħodu ħadha kontra s-Segtretarju Internazzjoni John Grech għaliex kiteb f’The Times nis-suċċessi miksuba għal pajjiżna minn Joseph Muscat – jeħtieġ xi ħaġa biex jheda malli jqum filgħodu. Jitfa statements bl-addoċċ fuq Facebook, u jgħaddi l-ġin tiegħu jikkollezzjoni l-qrid tan-nies fuq il-mezzi soċjali u jrewwaħ fuqhom.
Is-sintomi tal-frustrazzjoni perpetwa tal-verġinita’ tiegħu huma ovvji, ċari u spettakolarment manifestati fil-ħolm stramb tiegħu: Dak li jara Malta ħielsa minn Gvern Laburista.
Cassola jixtieq hekk, iżda r-realta’ ta’ kuljum li jiffaċċja għal dawn l-aħħar 12-il sena u mqabbel mal-istat patetiku li jinsab fih il-PN juri biċ-ċar li s-sofferenżi ta’ dan ir-raġel frustrat u ossessjonat, se tkompli tkun agunija twila!




