Imwerwer bil-konsegwenżi tal-konklużjonijiet tal-investigazzjonijiet fil-konfront tiegħu mill-FIAU, Jason Azzopardi qed jagħmel minn kollox biex ‘jeħles’ mill-problema, billi jfittex il-kenn mingħand xi nies fil-Gvern, u fl-istess ħin jirrikatta b’inkjesti kontra esponenti tal-Gvern.
Dan is-sit hu infurmat li Azzopardi ilu x-xhur jitlob lil ċerti nies fil-Gvern biex titwaqqaf l-investigazzjoni, u fejn isib il-bibien magħluqin, jidba jhedded u jirrikatta b’inkjesti.
Dan hu Jason Azzopardi, il-paladin tar-rule of law li qed jiffaċċja prosekuzzjoni fuq ġid mhux spjegat permezz ta’ dak li jissejjaħ ‘unexplained wealth‘ u b’konsegwenża ta’ dan, ħasil ta’ flus u evażjoni fiskali.
Dan is-sit hu infurmat li l-investigazzjoni tal-FIAU kontra Azzopardi ilha lesta, u l-file jidher li qed irabbi l-għanqbut fuq skrivanija ta’ investigatur fl-FCID tal-Pulizija f’Sta. Venera.
Bħalma l-FCID mxiet b’ħeffa biex ressqet persuni l-Qorti b’rabta ma’ inkjesti mitluba minn Jason Azzopardi, fosthom dwar iċ-ċertifikati għal benefiċċji, kif ukoll tal-permessi tar-residenża – żewġ inkjesti li issa qed joħroġ li kienu manipulati u vviżżjati minn Azzopardi stess – għandha timxi bl-istess ħeffa fil-konfront tiegħu.
Fl-FCID Jason Azzopardi rabba għeruq sodi b’ċerti uffiċċjali li litteralment saru jirrispondu għalih, u jaħdmu kwasi id f’id miegħu.
FCID, wasal iż-żmien li tirrispondu u terfgħu r-respondsabbilta’.
Purnata oħra ġiet, u se nkompli ninsisti li dak il-file fuq Jason Azzopardi mhux biss jinfetaħ u tibdew taħdmu fuqu, iżda li tikkomunikaw mal-uffiċċju tal-Avukat Ġenerali, tfasslu l-akkużi u toħorġu l-Attachment Orders neċessarji kontra n-nies kollha involuti fl-investigazzjoni tal-FIAU fil-konfront ta’ Azzopardi u membri tal-familja tiegħu.




