Fi ħdan il-Partit Nazzjonalista il-kaos sar tanġibbli, tmissu b’idejk u tarah kullimkien.
L-alleanżi tassew inbiddlu, tant li saru donnhom eżerċiżżju pubbliku ta’ sado-masokiżmu, fejn nies bħal Adrian Delia – li qed jimmira li jerġa jsir Kap – qed jagħmilha ma’ u qed isib l-appoġġ tal-estremisti li ħames snin ilu spiċċaw qerduh u keċċewh minn dik l-istess kariga.
Fil-gruppi tal-PN fuq il-meżżi soċjali ħafna huma konfużi b’dak li qed jiżviluppa quddiem għajnehom . Qed ifissru lil Delia bħala ‘kinky‘ għax ‘iħobb jissawwat’ tant li jibqa’ jmur lura għal aktar swat mingħand l-itess nies!
Delia ma ddejjaq xejn jippoża ma’ Beppe Fenech Adami li ħames snin ilu kien fost l-aktar attivi fi ħdan il-‘Blue Heroes’ li mexxew ir-rivolta kontrih. Issa, qed jippoża miegħu f’ritratt ma’ mejda bix-xorb, u mfisser bħala ‘ħabib’ fil-każin tal-PN ta’ Ħal-Balzan.

Adrian Delia daħqan ma’ Beppe Fenech Adami fil-każin tal-PN f’Ħal Balzan.
Ħbieb iva, daqs kemm Putin hu ħabib ta’ Zelensky!
‘Ħabib’ ieħor li Adrian Delia qed jirritorna għandu – u li kien ukoll ddikjara ruħu kontrih ħames snin ilu – hu l-eks Prim Ministru u Kap Nazzjonalista Lawrence Gonzi.
Delia l-bieraħ, nhar 1 ta’ Lulju, kiteb post ta’ tifħir u awguri f’għeluq żmien Gonżi.

Jonqos issa ritratt ma’ Karol Aquilina u ieħorma’ Jason Azzopardi biex il-poplu Malti jkollu l-kwadru kollu tal-ġenn li jinsab fiħ il-PN illum.
Għedtilkom ġimgħa ilu li f’din il-kampanja għal Kap tal-PN se taraw li jiġru affarijiet strambi ħafna, u se tixxukkjaw ruħkom fuq min qed jiskjera ruħu ma’ min, u għaliex?




