Robert Aquilina u Jason Azzopardi qed jitqiesu bħala ‘liabilities‘ għall-Partit Nazzjonalista taħt it-tmexxija ta’ Alex Borg, u għaldaqstant il-Kap Eżekuttiv Sabine Agius Cabourdin ma tridhomx ‘mas-saqajn’ la fid-Dar Ċentrali u lanqas waqt l-attivitajiet pubbliċi tal-PN.
Kemm Aquilina, kif ukoll Azzopardi għandhom storja twila ta’ dissidenża u reżistenża mal-PN. Kienu u għadhom – flimkien ma’ oħrajn bħal Karol Aquilina u Beppe Fenech Adami – meqjusa bħala ‘fil-qalba’ tal-estabishment estremista tal-PN li ta’ spiss jissemmew bħala r-raġino għaliex il-PN ma jistax jieħu r-ruħ.
Nifhmu li Agius Cabourdin hi determinata li ma tħallix lil Aquilina u lil Azzopardi jiddettaw l-aġenda tal-PN, u li ma jindaħlux fil-ħidma tal-Kap Alwex Borg.
Il-fatt li Aquilina u Azzopardi qabdu u antiċipaw lil Alex Borg billi marru għand il-Kummissarju tal-Pulizija bi kwertela fuq tal-Fortina, anki jekk ma kellhomx bażi legali biex jagħmluha, irritat ħafna lit-tmexxija l-ġdida tal-PN.
‘Kull iniżjattiva ta’ Aquilina u Azzopardi qed titqies hemm barra bħala iniżjattiva tal-PN, u din ma tistax tkompli,’ qalilna sors fid-Dar Ċentrali li qed jappoġġja d-deċiżjoni li hi ntiża li telimina aktar ħsara lil-PN.
‘Robert Aquilina għandu l-gwaj tiegħu u l-kredibbilta’ tiegħu giet kompromessa bil-każ domestiku li kellu, filwaqt li Jason Azzopardi għandu fuq spallejh għadd ta’ allegazzjonijiet serji ta’ logħob bl-inkjesti li dwarhom hemm talba mill-Qorti għal investigazzjoni mill-Pulizija u mill-Kummissjoni dwar l-Amministrazzjoni għall-Ġustiozzja, biex ma nsemmux ukoll il-każ fejn instab ħati b’disprezz lejn il-Qorti meta ġibed filmat fil-Qorti u għaddih lil Net News’, qalilna s-sors.
It-tbegħid ta’ Aquilina u Azzopardi mid-Dar Ċentrali mistennija tqajjem aġitazzjoni fost iċ-ċtirki tal-estremisti fil-PN.




