Jgħajjru lil tal-Labour b’tant affarijiet, u jagħmluha bl-intenżjoni li l-malafama tibqa’ mċappsa fuqek għal għomrok. Iżda meta tiġi għalihom, jeżisti washing machine li jippurifika u fi żmien ġimgħatejnj , kollox jiġi lura bħal qisu qatt ma kien xejn!
Din hi l-istorja tal-Qdusija Tiegħu Robert Aqulina li l-bieraħ ‘bi pjaċir’ ħabbar li kien qed ‘jirritorna u jassumi’ r-rwol ta’ rapprentant tal-Fondazione Falcone f’Malta, filwaqt li ħabbar ukoll li nħatar membru tal-Kunsill Ġenerali tal-istess fondazjoni li hi bbażata f’Palermo.
Brillanti!
Ġimgħatejn wara l-akkużi, mandat għall-arrest miċħud, l-interrogazzjoni fit-tul u żewġ dehriet quddiem Maġistrat fil-Qorti Kriminali, Robert Aquilina qed iħares lura lejna b’tiċrita fuq ħalqu, jidħilna u jgħidilna sfaċċatamnt: ‘jien nista’, inhom le!’
Aquilina, li ppretenda li ħadd ma jirrapporta l-każ ta’ vjolenża domestika tiegħu, li tiġi rispettata l-privatezza tiegħu, ħaseb li għaliex ħafritlu l-mara, kollox se jintesa’ qisu ma’ ġara xejn?

Robert Aquilina, wara d-dehra tiegħu fil-Qorti. Irid inessisna li qatt eżista dan il-jum
Il-Fondazione Falcone saħansitra rieżumatu, emmnitu u laħqitu fil-Bord tal-Kunsill Ġenerali tagħha.
Ovvja, l-Fondazione topea minn post ta’ propjeta tal-istess Nutae Aquilina, u sal-lum għadna ma nafux kemm qed tħallas biex tuża l-post fis-Siġġiewi, u kemm possibbilment qed jg
addu flus għand Repubblika mill-istess Fondazione.

Grazzi għal MaltaToday, li Robert Aquilina kien immortalat dieħel is-CID biex ikun interrogat fuq vjolenza domestika
Dawn huma kollha mistoqsijiet importanti li f’ġieħ it-trasparenża li Aquilina jgħid li tant jemmen fiha, għandu jwieġeb.
Hu importanti wkoll li Aquilina jkun ċar mal-poplu biex jgħid kif meta faqqa’ l-każ ta’ vjolenża domestika, Aquilina rriżenja minn Repubblika, iżda ‘ssospenda’ lilu nnifsu mill-Fondazione. Kien donnu jaf li fi Sqallija vera teżisti l-Omerta. Gia, l’omerta, come se nulla fosse, vero Roberto?




