Jien u l-poplu Malti ninsabu mxebbgħin bl-immunita’ akkwistata minn Jason Azzopardi ma’ ċerti istituzzjonijiet li donnhom ma’ Jason Azzopardi qed jimxu bl-ingwanti.
Wasal iż-żmien li l-FIAU u l-FCID tal-Korp tal-Pulizija jibdew jimxu fuq il-file li jidher li staġna fuq l-iskrivanija ta’ ċerti investigaturi.
Azzopardi għandu ħafna x’jirrispondi fuq unexplained wealth, u ħasil ta’ flus.
Jien naf kollox, u għandi kollox, u jekk mhux se tiċċaqilqu, se nikxef jien, u tirrispondu inthom għall-immunita’ li qed toffru lil Jason Azzopardi.
Issa f’idejkom. Issapportejt biżżejjed. Mhux se nħallikom tibżgħu aktar minn Jason Azzopardi li użakom biex attakkajtu u ffriżajtu l-assi u ressaqtu l-Qorti għadd ta’ laburisti u sallabtuhom.
Jew inthom jew jiena. Avżajtkom.




