Is-Sehretarju Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista Charles Bonello sparixxa!
Mill-mument li daħlet Sabine Agius Cabourdin bħala l-Kap Eżekuttiv tal-PN fid-Dar Ċentrali, Charles Bonello sparixxa. M’hu qed jidher imkien, lanqas waqt il-laqgħat uffiċċjali ta’ Alex Borg, fosthom laqgħa li saret dalgħodu għand il-Kamra tal-Kummerċ.
Fl-ebda ritratt, fl-ebda diskussjoni. Charles Bonello ma jidher imkien. Qed tidher biss Agius Cabourdin, tant hu hekk li dalgħodu marret hi takkumpanja lil Alex Borg u lid-Deputati tal-PN għal laqgħa mal-Kamra tal-Kummerċ.

Fid-Dar Ċentrali ntant, ħafna huma dawk li b’ironija qed ixerrduha ‘Chi l’ha Visto?’ b’referenża għall-programm televiżiv Taljan li jisġeċjaliżża fit-tfittijiet għal persuni neqsin.

Bil-ħatra ta’ Sabine Agius Cabourdin, Alex Borg prattikament neħħa t-tapit minn taħt saqajn Charles Bonello li hu magħruf li hu viċin ħafna ta’ Adrian Delia.
Il-mossa ta’ Alex Vorg li jneħħi ħafna poter amministrattiv minn idejn Charles Bonello ma tantx niżlet sew ma’ tal-establishment li qed jinterpretawha bħala attakk fuq il-legat tal-eks Prim Ministru u Kap tal-PN Lawrence Gonzi, li tiegħu kien is-Segretarju Privat.
Mill-bieraħ filgħaxija ‘l hawn, nejn Alex Borg u Charles Bonello nibtu t-tensjonijiet, li mistennija jkomplu jikbru fil-jiem li ġejjin. Mhux eskluż li Charles Bonello jħabbar ir-riżenja tiegħu mill-kariga wara biss ftit xhur.





