Fil-Partit Nazzjonalista qatt ma naqas il-lagħqiżmu, u agħar minn hekk il-megalomania, fejn jippruvaw jibnu politiku, meta fil-fatt dan falla minn kollox matul il-ħames snin li mexxa l-PN.
Il-PN bħalissa qed jirreklama ‘suppliment speċjali’ dwar Bernard Grech b’dedika lejn nil-ħames snin lis erva bħala Kap.

Iżda filwaqt li s-suppliment hu mimli b’eloġji vojta, mqanżħa u eżaġerati, ma tingħadx il-verita’ skomda: Dik li Bernard Grech abbanduna lill-PN sena qabel l-elezzjoni.
Ma qalx ukoll li matul il-ħames snin ta’ tmexxija tiegħu, il-PN tilef bl-akbar maġġoranża fl-istorja politika tal-pajjiż. Grech tilef kontra Robert Abela fl-2022, u tilef il-Kunsilli Lokali u l-Parlament Ewropew.
Ma jgħidx ukoll li kemm ilu Kap tal-PN, ma kienu ppubblikati l-ebda rendikonti finanżjarji tal-partit, filwaqt li d-dejn tal-partit sploda ‘l fuq u qabeż il-€50 miljun!7
Jekk għall-PN din hi tmexxija: Aħna nirrispondu: ‘Grazzi Bernard’.




