Mill-baħħ għall-overkill!
Din hi l-istorja wara l-paniku li qam fuq is-Segretarju Ġenerali Charles Bonello, wara li dan is-sit żvela t-tensjonijiet li nibtu bejn l-istess Bonello u l-Kap Alex Borg, wara l-aħbar tal-ħatra ta’ Sabine Agius Cabourdin bħala l-Kap Eżekuttiv tal-partit.
Charles Bonello ħa din l-aħbar bi kbira. Beda jirraġuna li kien qed jiġi mwarrab u mżerżaq ‘il barra bil-pulit, għaliex fl-istess mument tal-ħatra ta’ Agius Cabourdin, inħatru wkoll żewġ karigi oħra li prattiklament lil Bonello ħallewh orfni minn kull responsabbiltya’.
Wara li żvelajna dan kollu, qam paniku fost l-istaff ta’ Alex Borg. Bdew iħossu l-pressjoni mill-fazzjoni estremista u tal-establishment, inkluż mingħand in-nies ta’ Adrian Delia li qabżu biex jipproteġuh.

Għal-laqgħa mal-Kamra tal-Kummerċ marret Sabine Agius Cabourdim (tieni mix-xellug) mhux Charles Bonello.

Alex Borg mingħajr Charles Bonello il-Ġimgħa filgħodu

Kull kariga importanti fil-PN madwar Alex Borg, minbarra Charles Bonello
Fil-fatt wara l-aħbar, Charles Bonello ma deher imkien, fl-ebda ritratti tal-impenji uffiċċjali ta’ Alex Borg matul il-ġurnata, fosthom waqt laqgħa mal-Kamra tal-Kummerċ, u oħra fid-Dar Ċentrali meta mar jarah l-MEP Peter Agius.
Mill-artiklu tagħna l-quddiem iżda, Charles Bonello feġġ fi Pjazza Tritoni waqt intervista ma’ Karl Azzopardi tal-Malta Today, imbgħad il-bieraħ waqt il-Mass Meeting. F’dawn l-okkażjonijiet Bonello deher ma’ Charmaine Gerada, bħala statement li għadu hemm, meta jaf li tlett kwarti tal-partit ma jaħmilx lil Gerada!

Charles Bonello ma’ Charmaine Gerada fi Pjazza Tritoni waqt il-Q&A ma’ Alex Borg nharil-Ġimgħa wara li nqala l-kjazz bl-artiklu tagħna.

Charles Bonello waqt il-Pontifikal għal Jum l-Indipendenza ma’ Charmaine Gerada.

Charles Bonello jindiriżża l-Mass Meeting fi Ġjazza Tritoni l-bieraħ, b’Charmaine Gerada fuq il-palk (l-ewwel mix-xellug)
Għalissa Charles Bonello jidher li għadu jferfer fil-PN fil-kariga ta’ Segretarju Ġenerali. Alex Borg qal li se jsaħħaħ ir-rwol tiegħu, għalkemm b’daqstant karigi ġodda wieħed għad irid jifhem x’sens jagħmel li tibqa’ żżomm dak l-irwol fil-PN.
Dalgħodu saħansitra kienu ppubblikati ritratti ta’ Charles Bonello u Charmaine Gerada waqt il-quddiesa Pontifikali ta’ Jum l-Indipendenża fil-Kon-Kattidral ta’ San Ġwann.
Iżda minkejja l-iforżi kollha tal-PN biex juru li Charles Bonello għadu ‘jferfer’ – nifhmu li hu l-istess Charles Bonello li qed jesprimi ma’ bosta l-proekkupazzjoni tiegħu li ta’ Alex Borg qed jaħdmuħ. Nemmniu li għandu raġun.
Qed nirċievu ħafna messaġġi mid-Dar Ċentrali li jindikaw li Charles Bonello m’għandux ħajja twil fil-kariga ta’ Segretarju Ġenerali tal-PN.
NOTA:
Minħanna x-xenata ta’ Charles Bonello, il-Kap Eżekuttiv ta;=PM Sabine Agius Cabourdin inħbiet mil-limelight tal-palk waqt il-Mass meeting fi Pjazza Tritoni. Inżammet wara l-palk!




