Siegħat biss wara ċ-ċamata minghħand il-Professur Andrew Azzopardi, Adrian Delia deher il-bieraħ fuq il-palk tal-Partit Nazzjonalista fi Pjazza Tritoni, jbus u jgħannaq lill-Kap u eks delfin tiegħu Alex Borg.
Kos hux kenn hi rħisa l-ipokreżija għal Delia, u rħisa wkoll għall-PN li jitqanżaħ jipprova jipproġetta għaqda fake billi jimbotta ritratti bħal dawn fuq il-meżżi soċjali tiegħu.

Kulħadd għandu għajnejh f’wiċċu biex jara kemm hi fake din is-suppost għaqda bejn Delia u Borg.
Sa gtit siegħat qabel, Delia deher fuq it-Times u Lovin Malta jagħmel il-kundizzjonijiet lil Alex Borg fuq il-ħatra ta’ Viċi-Kap tal-PN, u l-Professur Andrew Azzopardi jgħidlu biex jieqaf jaħseb li hu ‘akbar mill-partit’ u biex jieqaf mit-tejatrini.
Int lest tafdahom, meta xebgħu jitnejjku bik f’wiċċkom?




