Araw x’se tagħmlu tal-PN u għejnu ftit lil Alex Borg jirranġa ftit il-komunikazzjoni tiegħu. Qed jaqa’ għan-nejk u wisq aktar, qed ikompli jumilja lilu nnifsu biċ-ċuċati li qed jispara.
Ikkonfrontat b’mikrofonu tal-kollegi ta’ One News biex jgħid jekk għamilx ‘costings’ – jiġifieri kalkolu ta’ stima – tal-proposti li qed isemmi li jwettaq jekk ikun elett fil-Gvern, Alex Borg insista għal tlett darbiet li minflok isemmi l-kelma ‘costings’ jgħid: ‘għamilna l-feasability studies!’.
B’din il-kelma ‘feasability’ Alex Borg inqabda f’gidba, għaliex ‘feasability’ ma tfissirx costings. Hi ferm differenti u l-għan tagħha mhux kalkolu ta’ stima, iżda eżerċizzju fuq jekk ħaġa tistax ssir.
Dan id-diskors ifisser li Alex Borg m’għandux costings.
Qabad u fajjar, basta jkollu l-applawsi ta’ min ikollu quddiemu.
Dan hu eżempju ċar ta’ kemm Alex Borg hu perikolożament populista. Irresponsabbli li jipprova jkun Donald Trump, iwiegħed l-ilma jiżfen, biex ikun elett u bħalma drajna l-PN meta jkun fil-Gvern – ma jkun jista jwettaq xejn minn dak li wiegħed – u jkollu jbażwar fuq li jbażwar, biex ikompli jgħaddina biż-żmien.
Bil-kontra ta’ kif jaħdem u jaħseb Alex Borg u l-Partit Nazzjonalista, il-Partit Laburista fil-Gvern jaħdem b’responsabbilta. Fl-assenża ta’ oppożizzjoni serja u kredibbli, il-Partit Laburista jagħmel il-kalkoli, serji, ġusti u preċiżi għall-PN, prattikament jagħmel il-homework għall-PN!
Kellu jkun il-Ministru għall-Finanżi Clyde Caruana li jifqa’ l-bużżieqa ta’ Alex Borg. Il-proposti li qed isemmi, se jiġu jiswew lill-pajjiż mas-€600 miljun!
Biex tonfoq dawn il-flus, bilfors Alex Borg irid jaqta fuq li jaqta mis-sussidji għall-enerġija u tal-fuels.
Jew jaqta bl-aktar mod indiskriminat mill-benefiċċji, mis-serviżżi tas-saħħa jew tal-edukazzjoni.
Afdahom fil-Gvern erġa lil tal-PN! Jirranġawna!




