Addio l-vokazzjoni li jperper il-‘bajda u l-ħamra’ kif wiegħed meta kien elett Kap Nazzjonalista. Illum, it-Tlieta 21 ta’ Ottubru 2025, Alex Borg se jkun mfakkar għal kif ċeda għall-manipulazzjoni ta’ David Casa biex jimplimenta l-wiegħda ta’ ‘gwerra qaddisa’ kontra Malta u l-Maltin, sempliċement għax f’Malta hawn Gvern Laburista.
Alex Borg ma waqqafx lil David Casa milli jkompli jmexxi ‘l quddiem id-dibattitu b’możżjoni dwar ir-rule of law f’Malta li għandha ssir illum fil-Parlament Ewropew fi Strasburgu, iżda agħar minn hekk, ġimgħa ilu kien Brussels biex jiltaqa’ ma’ Casa, jirringrazzjah għal ħidmietu u esprima l-appoġġ tiegħu għall-możżjoni li se titressaq mill-Partit Popolari Ewropew.
Din se tkun is-17 -il mozzjoni/riżoluzzjoni kontra Malta f’temp ta’ ftit snin, u kollha jġibu l-firma ta’ David Casa u l-PPE/PN. Alex Borg kellu kull ċans iwaqqaf din il-możżjoni tal-lum, iżda beża’, u rikeb fuqha biex għamel kif iddettalu David Casa.
Illum, il-21 ta’ Ottubru 2025 se tibqa’ mfakkra bħala l-jum li fih Alex Borg rema’ lil pajjiżu flok rebħu!




