Il-‘honeymoon‘ għal Alex Borg bħala l-Kap tal-Partit Nazzjonalista ntemm. Għadhom m’għaddewx il-famużi 100 ġurnata mill-ħatra, iżda l-ftit ġimgħat li għaddew kienu biżżejjed biex lkoll bdejna nifhmu li r-raġel hu wisq prużuntuż u ma jaħsibx qabel ma jitkellem.
F’Mejju li għadda, Alex Borg għamel plejtu sħiħ għaliex ħaten Beppe Fenech Adami – Kevin Cassar – laqqmu pubblikament bħala ż-‘żiemel ta’ Troja’ tal-Partit Laburista fi ħdan il-PN.
Dakinhar, Alex Borg kien talab biex jitlaqqa’ l-Grupp Parlamentari b’urġenża, u meta tlaqqa’ kien ‘sparixxa’ Adrian Delia bl-iskuża li ma kienx jiflaħ. Dakinhar, Alex Borg kien ivvilifikat minn Beppe Fenech Adami filwaqt li Karol Aquilina baqa’ mutu u jitbissem, jisma lil sieħbu jgħajjar lil Borg: ‘int x’taħseb li int? Għadek tibda u mingħalik lħaqat l-Alla?‘
Minn Mejju sal-lum ġraw ħafna affarijiet, u Alex Borg spiċċa l-Kap tal-PN u filwaqt li Kevin Cassar illum bela’ kollox u qed ifaħħar lil Alex Borg, qed jirriżulta li d-deskriżżjoni ta’ ‘Trojan Horse‘ ma kenitx żbaljata.
Għaliex?
Għaliex bil-mod ta’ kif qed jaġixxi u jitkellem Alex Borg, qed jispiċċa jumilja lill-PN u mhux jgġollih.
Minkejja d-dehra sfurżata ta’ entużjażmu madwar Alex Borg, fil-kurituri tad-Dar Ċentrali hemm min hu ġenwinament inkwetat li l-gaffes ta’ Alex Borg qed ipaxxu lill-Partit Laburista fil-Gvern.
Il-motivazzjoni taż-żjara fi Brussels, il-fatt li ma waqqafx lil David Casa u l-PPE milli jmexxu r-riżoluzzjoni kontra Malta, il-ħrafa li mar iġib il-fondi għal Malta u oħrajn, qed ikunu ta’ mażżra għall-PN.
Il-parteċipazjoni ta’ Alex Borg fil-velja ta’ Repubblika għal Daphne Caruana Galizia ukoll kellha impatt negattiv fuq il-moderati li xtaqu jaraw detachment minn mal-estremisti. Iżda Borg mar dritt għġal ġ ħalq il-lupu.
Insomma fi ftit kliem, Alex Borg sar tassew it-Trojan Horse tal-Labour fil-PN.
Kull darba li jiftaħ ħalqu, qed jispiċċa jagħti palata lill-Partit Laburista fil-Gvern.
Alex Borg tilef il-kredibilita’, u l-vanita’ tiegħu kissret il-mirja.




