X’ġara biex Alex Borg ma tella’ xejn fuq il-paġna Facebook tiegħudwar laqgħa li kellu mal-MEP Olandiż Peter Omtzigt?
Omztigt, li jobgħod b’saħħa lill-eks Prim Ministru Joseph Muscat, lill-Partit Lavurista u lill-Gvern immexxi minn Robert Abela, ilu s-snin jikkampanja u jmexxi l-aġenda ta’ Roberta Metsola u ta’ David Casa kontra kollox li hu Laburist f’Malta.

Il-bieraħ, Omżigt kien f’Malta biex ħa sehem fl-attivitajiet li fakkru t-tmien sena mill-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia u kien ukoll biswit fejn kien Alex Borg waqt il-vġili li sar fil-Belt Valletta filgħaxija.
#
Ma kien hemm l-ebda fotografu jew cameraman biex immortalizzaw il-laqgħa bejn Borg u Omzigt. Kumbinazzjoni!
Dan forsi għaliex kif tkellem Omzigt il-bieraħ waqt il-vġili li qed jaħdem b’saħħa kontra Malta fir-riżoluzzjoni li se tkun diskussa fil-Parlament Ewropew nhar it-Tlieta?

Alex Borg ħareġ igiddeb lil One News li mar Brussels viex jagħti l-appoġġ lill-Partit Popolari Ewropew li qed irassaq din ir-riħoluzzjoini li għandha l-firma wkoll ta’ David Casa?

Li kieku Alex Borg għamel pubblika li ltaqa’ ma’ Omzigt, kien jinkixef!




