Quddiem in-nies, jidhru daħqana, entUżjasti, ferħanin.
Fil-PN hemm ‘arja ġdida’ għaliex sabu lil dak li qed ifissru bħala ‘il-Messija’.
Iżda fil-verita’, wara l-kwinti u l-ħġieġ maħmuġ tad-Dar Ċentrali tal-Partit Nazzjonalista, hemm paniku u nkwiet kbir minħabba problemi kbar li kapaċi jġarrfu l-kastell tar-ramel li qed jibnu madwar il-persunaġġ ta’ Alex Borg.

Alex Borg, wara l-faċċata ta’ entużjażmu, hemm l-inkwiet
L-ewwel u l-akbar problema huma l-finanżi, u l-ħlas tal-pagi tal-ħaddiema. Dan għaliex minkejja l-ġabra ta’ nofs miljun ewro waqt il-maratona tal-Ħadd li għadda, dawn milli jidher li diġa’ ‘għosfru’ u nxtorbu minn pendenżi kvar u urġenti li l-PN kellu u riedu akkost ta’ kollox jitħallsu. Dan, minkejja l-artiklu preċedenti tiegħi fejn spjegajt li dawn il-flus kienu se jservu għall-pagi sal-Milied. Dan issa wkoll reġa sar problema, għaliex flus għal pagi m’hemmx u se jkollhom bżonn maratona oħra biex ikunu jistgħu jħallsu l-pagi.

Alex Borg m’għandux il-kuraġġ jispjega lill-ħaddiema tad-Dar Ċentrali fuq id-deċiżjoni li jeħtieġ jieħu
Alex Borg hu ffaċċjat b’pressjoni biex inaqqas l-impjiegati. Iżda għandu jdejh marbutin. Ma jistax ikeċċi ħaddiema issa li għadu kid laħaq Kap tal-Partit. Ikun ifisser diżastru għall-immaġini tiegħu.
It-tieni problema
Problema oħra hi dik dwar l-elezzjonijiet interni tal-PN fejn għandhom ikunu eltti nies fl-Eżekuttiv u fl-Amministrattiv tal-partit.
Alex Borg kien sfurżat joħrpġ lil ħuħ iż-żgħir David Borg biex ikun jista’ jikkonfronta l-assalt ta’ Adrian Delia bin-nies tiegħu, u fejn se toħroġ is-sieħba tiegħu Cynthia Galea.

David Borg, ħi A;ex Bprg qed jikkontesta għall-Eżekuttiv tal-PN

B’din l-elezzjoni Alex Borg qed jiffaċċja riskju kbir ta’ umiljazzjoni hekk kif David Galea kapaċi jibqa’ l-art u Adrian Delia jikkapparra d-dominju tal-Eżwkuttiv u l-Amministrattiv bis-saħħa tan-nies tiegħu, f’,ossa li qed titqies bħala preludju għall-assalt fuq it-tmexxija ta’ Alex Borg.
Delia qed jipponta li jkollu l-kontroll tal-ogħola organi tal-PN. Għadu u mhux se jaċċetta li tilef it-tmexxija tal-PN ma’ Alex Borg għal 44 vot biss.
Il-jiem li ġejjin se jkunu stressanti ħafna għal Alex Bortg.




