Ara vera trid tkun bla mistħija, biex illum tiddikjara ‘gwerra’ kontra proposta quddiem il-Parlament Ewropew fuq ‘chat control’, meta hu stess kien fuq quddiem biex jaqbeż għal Mark Camilleri li kien ippubblika c-chat log kollu ta’ Rosianne Cutajar.
F’post fuq Facebook, Jon Mallia tkaża bil-proposta għal liġi fuq Chat Control, u qal li ħadd m’għandu dritt għall-aċċess ta’ konversazzjonijiet bejn żewġ minn-nies.
Donnu Jon qed jieħu minn missieru Salvu Mallia, fejn jirraġuna bl-aktar mod ipokrita, u jqis kollox tajjeb, basta m’hemmx il-Labour fin-nofs, għax ikun xi jkun, dak ikun ħażin.
Kemm tkaża Jon Mallia b’Rosianne Cutajar meta ra ċ-Chats ppubbikati, u kemm qabeż għal Mark Camilleri li kiser il-liġijiet kollha immaġinabbli meta ppubblika l-log kollu taċ-chats ta’ Cutajar ma’ Yorgen Fenech.
Fiċ-chats ma kien hemm xejn illegali, iżda Jon Mallia għażel li jirkeb fuq il-mewġa ta’ ‘għarukaża’ u rewwaħ il-vilifikazzjoni ta’ Cutajar, biex ddefenda lil Mark Camilleri.
Illum qed iħeġġeġ lill-MEPs taż-żewġ naħat biex ikunu kontra l-proposta quddiem il-Parlament Ewropew.
Ara veru ċerti nies ma jafux jistħu!





