Il-Partit Nazzjonalista rnexxielu ‘jsalva’ għall-anqas sal-Milied li ġej, billi fil-maratona ġbir ta’ fondi ġabar €508,225 li se jmorru kollha biex jitħallsu l-pagi tal-ħaddiema u jitħallsu spejjeż tal-partit u tal-media tiegħu.
L-ebda ċenteżmu minn dak miġbur waqt il-maratona tal-bieraħ, m’hu se jmur għad-dejn enormi li għandu l-PN.
Imkejjen viċin id-Dar Ċentrali spjegaw lil dan is-sit, kif il-flus miġbura l-bieraħ lanqas se jkunu depożitati fil-bank minħabba r-riskju li ‘jinxtorbu’ mill-istess banek li għandhom jieħdu mingħand il-PN.
Kif kien spjegat lil dan is-sit, l-flus tal-maratona se jmorru għall-pagi u spejjeż oħra li għandu l-PN, u dawn se jkopru l-kontijiet rikorrenti tad-Dar Ċentrali sal-maratona li tmiss ftit qabel il-festi tal-Milied.
Dan kollu jfisser li l-problema finanżjarja li għandu l-PN mhux qed tkun indirizzata u minflok qed isiru l-maratoni bħa;la miżuri ta’ emerġenża biex iżommu l-impjiegi u l-ħajja fid-Dar Ċentrali għaddejja.
B’dejn ta’ aktar minn €50 miljun, il-Kap tal-PM A;ex Borg qed ikollu jistrih fuq il-Kap Eżekuttiv Sabine Agius Cabourdain biex issiblu tarf tal-kobba mħabbla fil-finanżi tal-partit, li għandu bżonn il-flus biex ukoll jiffinanżja kampanja elettorali għall-eleżżjonijiet li jmissu.
Nhar is-Sibt li għadda, Agius Cabourdain qalet li qed taħdem fuq ri-organizazzjoni tal-istrutturi tal-PN, fejn – kif għedna f’artiklu preċedenti – se jkollhom jitnaqqsu kwasi nofs il-ħaddiema tad-Dar Ċentrali, iżda dan mhux se jsir issa biex ikun imħares Alex Borg mir-riperkussjonijiet, iżda pjuttost wara li tgħaddi l-elezzjoni, li probabbilment tara lill-Kap tal-PN mibdul mill-ġdod u l-problema mitfugħa fuq Kap ieħot.
Kif inhu għaddej il-PN bħalissa hu li qed jraqqi l-pannu bil-qargħa l-ħamra, jħallas il-pagi u l-ispejjeż, u jittama f’miraklu, f’benefattur jew benefatturi li huma lesti jarmu flushom ma’ partit li sal-lum għadu ma ta l-ebda spjegazzjoni dwar kif rnexxielu jtella’ dan id-dejn straordinarju, u kif irnexxielu jasal sal-punt li l-ebda awditur ma jrid jiffirmaljom l-accounts.




