Lura għall-famuża ‘car crash‘ interview tal-Kap Eżekuttiv tal-PN Sabine Agius Cabourdain, ppermettuli nuri kif din fil-fatt ħarġet aktar ‘detached’ milli l-PN hu politikament detached mill-poplu, mill-pajjiż u mir-realta.
Issa li l-Ministru Chris Bonett kixef kif din temmen li biex issolvi l-problema tat-traġiku hemm bżonn li l-Gvern jintaxxa t-tieni karozza li jkollhom in-nies, dalfgħodu tkażat bih!
‘Ma tarax li l-PN se jagħmel hekk?’ qalet. Yeah right!
Sabine, għaliex tgħaffeġ u tipprova tiddevja u tgħid li tkellimt hekk fis-‘saħna tal-mument’?
Allaħares in-nies tagħmel bħalek, u jkunu fil-politika. Insomma, fil-PN, mdorrijin b’dawn l-isplużjonijiet li jittrasformaw ruħhom f’implużjonijiet.
Kemm int detached mir-realta? Kemm int detached minn man-nies?
U x’image ta’ elitista tajt lilek nnifsek. Prosit, Alex Borg u sħabu għandhom biex ikunu kburin bil-wirja tiegħek.
Sabine qalbi, issa li dħalt fil-politika – minkejja li tgħid li r-rwol tiegħek mhux politiku – trid tassumi r-responabbilta’ ta’ dak li għedt anki meta kont persuna privata!
Jekk niġu għall-fatti, joħroġ li dakinhar li ktibt fis-‘saħana tal-mument’ INT kont parti mill-problema, għaliex minkejja li t-trasport għall-iskejjel hu b’xejn, int ppreferejt ssuq lil ibnek lejn l-iskola bil-karozza tiegħek.

Meta ktibt fuq it-taxxi ma kienx tas-saħna tal-mument. Kont saħansitra elokwenti, tajt lista sħiħa ta’ miżuri fiskali li jolqtu propju fil-laħam il-ħaj. Saħansitra awgurajt lin-nies il-‘weekend it-tajjeb’.
Insomma fi ftit kliem, donnok insejt li dakinhar li ktibt il-post, int kont tkun l-ewwel waġda biex tkun intaxxata….għax bejnek u żewpek għandkom naqra karozzi!




