Terry, qas ridt nikkummenta għax lanqas nikkalkulak għal raġunijiet ovvji, iżda emminni sfurżajtni biex noħroġ u nikxef il-qerq tipiku tiegħek, u nittama li minn issa ‘l quddiem tibda tinduna li għandek tkun onesta mas-segwaċi tiegħek, u mhux li tipprova ċċappas lill-Ministru Roderick Galdes biex taħbi l-verita.
Terry, int tfajt video fuq Facebook titkaża bil-Ministru Roderick Galdes fuq ‘xi postijiet’ li hemm ‘abbandunati’ fuq is-Sur ta’ Bormla.
X’għarukaża hux?
Terry, wrejtna video bit-telqa, u fuq kemm hemm familji jistennew il-housing u li dawn għandhom jingħataw lin-nies, u kif dawn il-postijiet għandhom jingħataw lil dawk li vera għandhom bżonnhom.
Terry naqbel miegħek.
Ma naqbilx iżda ma’ dak li ħbejtilna fid-diskors tiegħek.
Dawk il-postijiet huma vojta għaliex dan l-aħħar kienu żgumbrati ‘squatters‘ li qabdu kissru s-serraturi, u daħlu hemm biex jgħixu u saħansitra wettqu attivitajiet illegali fihom.
Il-video ingann ta’ Terry Muscat fuq Facebook
Terry, kif m’għedtilniex li min ġie żgumbrat mill-Pulizija u mill-enforcement tal-Awtorita’ għad-Djar, fosthom ukoll ‘sieħbek’ Jeremy Portelli, li tħobb tgħajjar tant, kienu propju membri tal-familja tiegħek li qabdu u kkapparaw il-postijiet minn ħalq il-familji fil-bżonn li qalbek tant taħraq għalihom?
M’għedtilniex fil-video li apparti li l-isquatters kienu tal-familja tiegħek stess, qed tipprova tagħmel pressjoni b’ingann u bil-media soċjali biex oħtok tingħata post tal-Gvern, minkejja r-reputazzjoni tagħkom f’Bormla.
Ma tistħix għid?
Ha ntik aħbar veritjiera qalbi: Dawk il-postijiet diġa ġew allokati bil-kuntratt lil familji vera fil-bżonn. Inutli tkompli titqanżaħ. U l-familji m’humiex tan-‘Nemusa’.
Issa Terry int u oħtok ma ġbajtux tgħajjruni bl-aġġettivi kollha immaġinabbli, imma ppermettuli llum ladarba int dħalt għaliha. Taf li dak li għamilt bil-video hu ingann? Taf li dak li twettaq minn dawk li jiġu minnek li sgassaw u daħlu fil-postijiet tal-Gvern hu frodi għad-dannu tal-Istat?
Terry mhux se naħli aktar enerġija miegħek. M’intix denja tal-attenżjoni.
Iżda ħaġa ngħidlek, kun onesta man-nies li jsegwuk, u meta tiġi biex titkellem fuq il-Ministru Roderick Galdes, baxxi rasek u rringrazzja l-Alla li meta kellek bżonn il-Gvern Laburista nqdejt u int bil-Malti ħxejt kollox, għax ma tafx aħjar!




