L-intervista dalgħodu mal-Kap Eżekuttiv tal-Partit Nazzjonalista Sabine Agius Cabourdain, kien dak li l-Ingliżi jfissru bħala ‘textbook case ta’ ‘car crash interview’ fejn litteralment, dak li qalet lill-Professur Andrew Azzopardi, aktar daħħal lill-PN u lil Alex Borg – li ħatarha – għal ġol ħajt!
L-intervista dalgħodu fakkritni fl-istraġi li ġab b’idejh il-Prinċep Andrew mal-BBC biex jipprova jnaddaf ismu mil-iskandlu Epstein. Agius Cabourdain għamlet eżatt bħalu. Ippruvat tevita, dawwret, skiddjat u nfaqgħet ġo ħajt.
Filwaqt li qas kienet kapaċi tagħmel distinżjoni bejn ‘politiku’ u ‘politikant’, l-akbar żelqa ta’ Agius Cabordain dalgħodu kien li ħarġet lill-eks Kap Bernard Grech bħala giddieb u responsabbli għall-istraġi fil-finanżi tal-PN.
Grech qal li sab l-awditur u li l-accounts kienu qed jitlestew. Agius Cabourdain illum qalet li hi kellha taħtar ‘audit committee’ u li ‘issa qed isir l-audit’.
Sabine Agius Cabourdain mal-Profs Andrew Azzopardi dalgħodu ammettiet ukoll li riedet ‘investigazzjoni’ interna biex tara x’seta ġara biex il-PN daħal f’din is-sitwazzjoni finanżjarja prekarja, u din tista’ tkun interpretata bħala investigazzjoni biex tinstab responsabbilta.
Evitat milli tgħid kemm hu d-dejn u tagħtni raġun fl-artiklu preċedenti tiegħi, li ngħatat struzzjonijiet biex ma tammetti qatt li d-dejn tal-PN qabeż il-€50 miljun.
Din hi l-ewwel analiżi tiegħi fuq l-intervista ta’ dalgħodu.
Agius Cabourdain sostniet il-ħin kollu li r-rwol tagħha mhux bħal ta’ Leonid McKay fil-Partit Laburista. ‘Mhux rwol politiku tiegħu’ – ‘Jien amministrattiva’ sostniet. U mhux qed tiddibatti fuq politika, u għalhekk mhux qed taċċetta dibattiti ma’ McLay.
Insomma, Agius Cabourdain dalgħodu għamlet straġi, u konvint li m’aċċettatx dibattitu għax kienet tkun agħar. Wettqet straġi weħidha, aħseb w ara f’dibattitu!
Wara din l-intervista, fejn saħansitra ammettiet li tippreferi taħdem mill-uffiċċju privat tagħha biex ‘tevita lin-nies’ diġa għandna mnieħer mxammar u elitist, li ma tridx titħallat. Nemmen li aktar il-PN se jaħbiha mil-lum il-quddiem.
L-intervista dalgħodu mal-Kap Eżekuttiv tal-Partit Nazzjonalista Sabine Agius Cabourdain, kien dak li l-Ingliżi jfissru bħala ‘textbook case ta’ ‘car crash interview’ fejn litteralment, dak li qalet lill-Professur Andrew Azzopardi, aktar daħħal lill-PN u lil Alex Borg – li ħatarha – għal ġol ħajt!
L-intervista dalgħodu fakkritni fl-istraġi li ġab b’idejh il-Prinċep Andrew mal-BBC biex jipprova jnaddaf ismu mil-iskandlu Epstein. Agius Cabourdain għamlet eżatt bħalu. Ippruvat tevita, dawwret, skiddjat u nfaqgħet ġo ħajt.
Filwaqt li qas kienet kapaċi tagħmel distinżjoni bejn ‘politiku’ u ‘politikant’, l-akbar żelqa ta’ Agius Cabordain dalgħodu kien li ħarġet lill-eks Kap Bernard Grech bħala giddieb u responsabbli għall-istraġi fil-finanżi tal-PN.
Grech qal li sab l-awditur u li l-accounts kienu qed jitlestew. Agius Cabourdain illum qalet li hi kellha taħtar ‘audit committee’ u li ‘issa qed isir l-audit’.
Ammettiet ukoll li riedet ‘investigazzjoni’ interna biex tara x’seta ġara biex il-PN daħal f’din is-sitwazzjoni finanżjarja prekarja, u din tista’ tkun interpretata bħala investigazzjoni biex tinstab responsabbilta.
Evitat milli tgħid kemm hu d-dejn u tagħtni raġun fl-artiklu preċedenti tiegħi, li ngħatat struzzjonijiet biex ma tammetti qatt li d-dejn tal-PN qabeż il-€50 miljun.

Sabine Agius Cabourdain mal-Profs Andrew Azzopardi dalgħodu
Din hi l-ewwel analiżi tiegħi fuq l-intervista ta’ dalgħodu.
Agius Cabourdain sostniet il-ħin kollu li r-rwol tagħha mhux bħal ta’ Leonid McKay fil-Partit Laburista. ‘Mhux rwol politiku tiegħu’ – ‘Jien amministrattiva’ sostniet. U mhux qed tiddibatti fuq politika, u għalhekk mhux qed taċċetta dibattiti ma’ McLay.
Insomma, Agius Cabourdain dalgħodu għamlet straġi, u konvint li m’aċċettatx dibattitu għax kienet tkun agħar. Wettqet straġi weħidha, aħseb w ara f’dibattitu!.