X’ġara llum Alex?
Mela ġimgħatejn ilu smajtek titkaża bil-fatt li meta mort mad-delegazzjoni tiegħek biex tiltaqa’ mal-Prim Ministru u Mexxej Laburista Robert Abela fiċ-Ċentru Nazzjonali Laburista fil-Ħamrun ma kienx hemm mara waħda mal-mejda! L-għada kont pront u ħtart lil Sabine Agius Cabourdain bħala l-Kap Eżekuttiv tal-PN.
Għamilt biċċa xoghol tajba, iżda jiddispjaċini ninnota li din l-osservazzjoni tiegħek kien biss diskors vojt u kompliet tikkonferma l-għidut li l-ħatra ta’ Agius Cabourdain kienet esperjenża li għexet mil-Milied sa San Stiefnu.

Għaliex?
Għaliex minkejja li ili gimgħa nikteb fuq l-għijbien ta’ Agius Cabourdain, u r-rifjut tagħha li tidher f’dibattiti politiċi, illum lanqas biss ma dehret mal-mejda ħdejk meta lqajt lill-Prim Ministru Abela fid-Dar Ċentrali.
Possibbli ma ġietekx f’moħħok li Agius Cabourdain kellha tkun preżenti?
Possibbli li l-advisors teigħek qas ftakru x’għedt inti meta ħabbart il-ħatra tagħha? X’qabda inkompetenti għandek madwarek? (nispera ma jieħux għalih Cahrles Bonello li kellu kull interess li jidher minflokha, peress li hu guru tal-politika).

Chi l’ha vista? Sabine Agius Cabourdain
Insomma, Alex, erġajt żlaqt, u jidher li madwar il-mejda tiegħek m’hemmx post għan-nisa!
U bilħaqq, kif għażiltu dik il-mejda żgħira? Mela qas mejda kbira ma taffordjaw hemm ġew? Jew ridt tkun ‘intimu’ mal-Prim Ministru Robert Abela u mat-tmexxija tal-Partit Laburista?
Żelqa oħra din Alex!




