Tal-Partit Nazzjonalista tosti u bla mistħija ta’ xejn!
L-ebda apoloġija! ma tarax!
Minkejja t-tradiment oxxen tal-2004 meta Malta daħlet fl-Unjoni Ewropea, minkejja l-ittri ta’ ‘garanżija’ ta’ Eddie Fenech Adami, il-kaċċaturi u n-nassaba kienu l-akbar vittmi tal-ingann Nazzjonalista. Riedu l-vot tagħhom, sfruttawhom, gidbulhom u llum bla mistħija ta’ xejn qed jitkarrbulhom għall-‘fiduċja’ tagħhom u li dawn il-kaċċaturi u nassabu jivvutawlhom.

L-ittra tad-tradiment lill-kaċċaturi u lin-nassaba mingħand Eddie Fenech Adami bħala Prim Ministru.
Sa ftit tal-jiem ilu, il-Viċi Kap Nazzjonalista Alex Periċi Calascione sostna li fl-2003, f’żewġ ittri lill-kaċċaturi u lin-nassaba minn Eddie Fenech Adami bħala Prim Ministru, kien frott ta’ dak li fisser bħala ‘miġnun’ jew wieħed li ried ‘jitnejjek’ bihom!
U Perici Calascione qaxxarha! Iżda ħadd minn dawn se jerġa’ javdahom.
Quddiem għajnejja qed inġib bħalissa lil sieħbi Jeremy Portelli li kien ikkonfronta lil Simon Busuttil bl-ittra tl-ingann. Busuttil tbellaħ, baqa’ ssummat, u ma kienx jaf x’se jaqbad jgħid.
Kampanja Elettorali 2013: Jeremy Portelli jikkonfronta lil Simon Busuttil dwar l-ingann bl-ittra ta’ Eddie Fenech Adami lin-nassaba u lill-kaċċaturi
Busuttil kien jaf li Portelli kellu raġun u l-konfront miegħu kien għadu kif tellfu l-elezzjoni ġenerali tal-2013 b’maġġoranża rekord, kif fil-fatt ġara. Minn dik l-elezzjoni l’hawn il-PN qatt ma ħa r-ruħ. Kull Kaċċatur u Nassab ivvota għall-Partit Laburista, li baqa’ l-uniku u l-akbar tarka għal dan is-settur.
Tal-PN għadhom jinsistu li l-Emenda Kostituzzjonali li pproponew għall-Ambjent, hemm ‘garanżija’ li ħadd m’hu se jmiss lid-deliżżju tagħhom.
Iżda ħadd m’hu se jerġa jdawwar il-fehma tal-kaċċaturi u tan-nassaba.
Tiddradixxi darba u mhux darbtejn. U dawn mhux boloħ li se jibilgħu il-lixka ta’ ‘sorry‘ mill-PN.
Id-deliżżju tagħhom spiċa mkisser, u għadu jeżisti llum grażżi għall-ħidma tal-Partit Laburista fil-Gvern li permeżż tal-Ministru Clint Camilleri, jitla regolarment il-Lussemburgu biex jiddefendi l-każ ta’ Malta quddiem il-Qorti Ewropea, b’riżultat ta’ dak li għamel il-PN ma’ dawn in-nies.
U fl-istess ħin li l-PN qed jgħid li llum jirrispetta d-deliżżju tal-kaċċa u l-insib, ma ssib lil ħadd mill-istess PN li qatt tela’ l-Qorti Ewropea biex ikun spalla mal-Ministru Camilleri biex jiddefendi d-deliżżju.
Int lest terġa tafdahom?
Użgur li le!




