Issa li l-Kap Eżekuttiv tal-PN Sabine Agius Cabourdain spiċċat biex kellha tireaġixxi għall-artikli tagħna u se tiġi intervistata mill-Profs Andrew Azzopardi nhar is-Sibt li ġej, hemm daqxejn ta’ biża’ fost il-kollaboraturi ta’l-Kap Alex Borg, għal xi affarijiet li tista tgħid u li jistgħu jkollhom riperkussjonijiet politiċi fuqu.
Agius Cabourdain ma rieditx tiffaċċja l-ebda media. Kien mingħaliha li kummenti qosra lil The Times ftit wara l-ħatra tagħha kien biżżejjed. Insiet li fil-kariga ta’ Kap Eżekuttiv ta’ Partit se jkollha l-attenżjoni tal-media, fuqha fuq żewġha, fuq ix-xogħol ptrovat tagħha. Insomma fuq ħafna affarijiet.
Dawn l-affarijiet jidhru li bdew ikunu ta’ pressjoni kbira fuq Agius Cabourdin, li f’għajnejn bosta fil-PN kienet fix-xifer li tabbanduna l-inkarigu, anki jekk oħrajn qed isostnu b’determinazzjoni li minkejja k0isfożi mqanżha tagħha biex turi li ‘għadha hemm’ din fil-PN se tagħmel mill-Milied sa San Stiefnu.

Fi sforż biex tipprova tmeri li diġa qed tħejji biex titlaq mill-kariga ta’ Kap Eżekuttiv tal-PN, Sabine Agius Cabourdain tefgħet ritratt tagħha fuq Facebook dieħla għax-xogħol fid-Dar Ċentrali.
Agius Cabourdain riedet tinjora dak li konna qegħdin ngħidu dwarha fl-artikli tag]na, lkoll veritjieri, iżda t-tim ta’ Alex Borg fid-Dar Ċentrali riedu jmeru s-0sewwa magħruf biex jiddefendu u jipproteġu lill-istess Borg mill-mistħija, hekk kif l-opinjoni pubblika kienet qed tibda titkaża biż-żmien qasir li Agius Cabourdain kienet se zzom postha.
Iżda din l-istrateġija għandha wkoll ir-riperussjonijiet tagħha,
Agius Cabourdain mhix xi stupida. far from it. Iżda m’għandhiex formazzjoni politika biżżejjed biex tista tkun fdata b’li tgħid fil-pubbliku bħala uffiċċjal għoli tal-PN.
Fis-siegħat li għaddew, Agius Cabourdain hi mifhuma li kellha diversi briefings minn esponenti tal-PN u qed jagħtuha ‘points to take‘ fuq il-PN, dwar x’għandha twieġeb fuq xogħolha u affarijiet oħrajn.
Li nafu b’ċerteżża hi li lil Agius Cabourdain wissewha bies ma tammetti qatt u tikkonferma li d-dejn tal-PN tela’ għal €56 miljun, għaliex il-konsegwenża t’hekk ikun diżastru għall-PN, peress li din ikollha l-potenżjal li toskura l-aġenda tal-PN fuq il-media.
Għaldaqstant, Agius Cabourdain qed tingħata l-parir biex tinsisti fl-intervista li d-dejn tal-PN baqa’ fil-livell ta’ €32 miljun kif kien qal Bernard Grech wara t-telfa elettorali tal-2022, u dan l-aħħar ukoll irrepetiha l-Viċi kap Nazzjonalista Alex Periċi Calascione.
Iżda n-nies mhux boloh, speċjalment il-partitarji Nazzjonalisti li qed jistaqsu kif jista’ jkun li d-dejn baqa’ kif kien? Biss biss hemm l-interessi dejjem telgħin u spejjeż kbar oħra rikorrenti li l-PN irid jiffaċċja ta’ kuljum.
Issue serja oħra li kapaċi żżarma din il-gidba tal-PN, hi riflessa fin-nuqqas ta’ accounts ippubblikati, u dan tafu Agius Cabourdin, li diġa wissiethom biex ma jdaħluhiex f’xi bużullotta bla b żonn.




