Il-kriżi kbira finanżjarja tal-Partit Nazzjonalista qed tinkwieta bis-serjeta’ lill-amministrazzjoni l-ġdida fid-Dar Ċentrali, bil-kollaboraturi tal-Kap Alex Borg isostnu li hi meħtieġa kampanja qawwija ta’ promozzjoni għall-maratona ġbir ta’ fondi, inkella l-0ħaddiema se jibqgħu bla pagi.
Bid-dejn issa kkalkulat li tela’ għal €56 miljun, minbarra €8 miljuni f’ċedoli li bdew jersqu lejn payout lil min selfilhom fl-iskema, il-PN jinsab maqbud f’morsa u ma jistax jiċċaqlaq pulżier biex ikun jista’ jiffunżjona kif jixtieq.
Quddiem il-Kap Nazzjonalista hemm pendenti għadd ta’ deċiżjonijiet importanti li jaqtgħu fil-laħam il-ħaj tal-eżistenża tal-PN bħala orgniżazzjoni, fosthom li jitnaqqsu l-ħaddiema, li jitnaqqsu s-serviżżi tal-komunikazzjoni, fosthom jekk Net TV jinkeriex lil operatur privat bil-PN iżomm biss l-aħbarijiet u l-programmi ta’ diskussjoni, kif ukoll li l-gazzetta In-Nazzjon tieqaf u tkun ippubblikata ‘il-mument’ biss nhar ta’ Ħadd.

Fid-Dar Ċentrali tal-PN hemm awsterita’ kbira fejn lanqas m’hemm flus biex jinbiddlu tubi tad-dawl li nqatgħu jew li jissewwa lift bil-ħsara, aħseb w ara kemm hemm flus biex jitħallsu l-pagi tal-ħaddiema.
Huma deċiżjonijiet iebsin ħafna u ta’ sfida għal Alex Borg li jaf li se jkollu jiffaċċja kampanja elettorali bla flus u suppliers li mhux qed jafdaw lill-PN meta qed jersaq biex jagħmel bookings bil-quddiem għal tined u apparat li hu meħtieġ għall-attivitajiet tal-massa.
Fil-kurituri tad-Dar Ċentrali hemm rabja kbira għall-eks Kap Bernard Grech li ħalla warajh straġi sħiħa fejn jidħlu l-flus tal-PN u taħwid sħiħ fiż-żamma tyal-kontijiet, u ħalla lill-Partit espost għar-ridikolu b’ħames snin sħaħ ma jippubblika l-kotijiet tiegħu kif titlob il-Liġi.
‘Straġi hi kelma ħafifa. Rebus assolut hu aktar adegwat fiċ-ċirkostanżi’ , qalilna sors mid-Dar Ċentrali, li spjega li malli daħal Alex Borg fid-Dar Ċentrali bħala l-Kap il-ġdid wara Bernard Grech, nstab li lanqas flus biex jinxtraw it-tubi tad-dawl li nqatgħu, jew li jissewwa l-lift bil-ħsara ma sabu, aħseb w ara għall-pagi.

Bernard Grech, l-eks Kap tal-PN li fil-konfront tiegħu hemm rabja kbira għall-istraġi finanżjarja li ħalla warajh
B’hekk id-deċiżjoni li ssir maratona bi sforż qawwi biex jinġabru b’kemm jifilħu flus biex il-PN ikun jista’ jieħu nifs temporanju, jitħallsu l-pagi u d-deċiżjonijiet jritiċi li se jxerrdu d-demm ikunu nposposti b’kemm jista’ jkun fil-bogħod.
Fost il-promożżjonijiet li qed isiru għall-maratona ġbir ta’ fondi hemm imbuttatura għal ‘ritratti ma’ Alex Borg’!

‘Jien se nieħu ritratt ma’ Alex Borg’ – Silta mill-promozzjoni għall-maratona ġbir ta’ fondi tal-PN.
Fi ftit kliem, mur ħu ritratt ma’ Alex Borg, u salba lill-PN minn default fuq il-pagi tal-ħaddiema tal-PN. Iċ-ċirkostanża hi komika għaliex tfakkarni fiż-żmien tal-,ilied meta nieħdu lil uliedna għal ritratt ma’ Father Christmas. Id-differenża iżda hi li Alex bħala Father Christmas m’għandu assolutament xejn xi jqassam.

Alex Borg, għandu quddiemu deċiżjonijiet kritiċi biex isalva lill-PN mill-kriżi finanżjarja.
F’din iċ-ċirkostanża, qed nippubblika ritratt ‘esklussiv’ tiegħi ma’ l-ewwel ‘Alex’ li sibt minn fuq l-ixkaffa tals-supermarket.

Relax, jien diġa ħadtu r-ritratt ma’ ‘Alex’!




