Minkejja l-isforżi kollha tal-Kap il-ġdid tal-Partit Nazzjonalista Alex Borg li qed jappella għall-għaqda fost il-partitarji, l-eks Kandidat u Deputat Nazzjonalista fuq il-Ħames Distrett, Herman Schiavone, spiċċa mgħajjar mill-attivisti Nazzjonalisti li jmexxu l-paġna tal-Każin Nazzjonalista taż-Żurrieq – lokalita’ li darba kienet kostitwenża tiegħu.
It-tgħajjir wasal permeżż ta’ post li nkiteb mill-paġna Facebook tal-Każin tal-PN taż-Żurrieq, li wieġeb għal post ta’ Lovin Malta li rrapporta x’qal Herman Schiavone dwar is-surveys ippubblikati matul il-weekend li għadda dwar il-partiti politiċi.

Schiavone qal li minkejja kollox, il-PN għadu qed ibgħati biex jattira votanti lejh mill-Partit Laburista.
Pronta iżda kienet it-tweġiba mill-Każin tal-PN taż-Żurrieq: ‘‘kif sejjer Herman bil-job li tak il-Gvern mal-biċċerija?‘

Din it-tgħajjira tikxef kif fuq il-Ħames Distrett, tal-PN għadhom urtati għall-pożizzjoni li kien ħa Schiavone meta Adrian Delia kien spiċċa biex tkeċċa minn Kap tal-PN u minfloku kien elett Bernard Grech.
Schiavone kien voċiferu, flimkien ma’ Clyde Puli u Kristy Debono fuq kif mal-imsejħa Blue Heroes u tal-establishment fil-PN, ma tistax taħdem.




