Ħasbu li tal-Labour huma llitterati, stupidi jew inġenwi.
Din id-darba iżda qed nikxfuhom, wieħed wieħed.

Il-Maġistrata Gabriella Vella, nomina kontroversjali għall-aħħar għall-bank tal-Imħallfin
Ftit tas-siegħat ilu żvelajt kif il-President tal-Kamra tal-Avukati Peter Fenech, li hu membru tal-Kummissjoni Indipendenti għall-Ħatriet tal-Ġudikatura, hu wkoll l-avukat tal-famuż espert Jeremy Harbinson tal-Inkjesta Vitals, u jrid jiddeċiedi fuq il-promozzjoni tal-Maġistrat Gabriella Vella għall-kariga ta’ Imħallef.

L-Ombudsman u Eks Imħallef Joseph Zammit McKeon
Il-kunflitt ta’ interess hu ċar ħafna, u jeħtieġ ikun iddikjarat, partikolarment meta l-klijent ta’ Fenech hu espert ostili, fejn qed jirrifjuta li jiġi Malta biex jixhed u jisosstanżja l-konklużjonijiet tiegħu fl-imsemmija inkjesta, u li għalihom tħallas miljuni kbar
Issa ħareġ skandlu ieħor:
Dak mikxuf minn Jason Micallef, li żvela kif bint l-Ombudsman u eks Imħallef Joseph Zammit McKeon – li wkoll ipoġġi fuq dan il-kumitat li jagħżel lill-ġudikanti – għandha kumpannija bi sħab ma’ ħu l-Maġistrata Bella!
Zammit McKeon iddikjara dan il-kunflitt ta’ interess?
X’se jagħmel? Se jwebbes rasu u jkompli jimbotta lil Gabriella Vella qisu xejn m’hu xejn?
Il-poplu qed jistenna risposta.
U għandhom l-ardir jgħajru lil tal-Labour mafjużi!






