Għaddew ftit aktar minn 24 siegħa mindu staqsejt x’sar minnha l-Kap Eżekuttiva tal-PN Sabine Agius Cabourdin hekk kif m’hi qed tidher jew tissemma’ mkien aktar, filwaqt li qed tiġri l-kelma li diġa’; telqet mid-Dar Ċentrali.
Sa dan il-ħin il-PN u lanqas Agius Cabourdin ma wieġbu.
Mill-blitz medjatiku ta’ ġimgħatejn ilu fejn Agius Cabourdin kienet qed tidher kullimkien, għall-baħħ assolut ta’ dawn l-aħħar jiem.

Lanqas post fil-media soċjali, l-ebda ritratt, l-ebda apparenża pubblika mal-Kap tal-PN Alex Borg. Xerjn!
Agius Cabourdin se titlaq mill-PN, bil-kariga l-ġdida tagħha ddum prattikament mill-Milied sa San DStefnu, hekk kif fl-isfond tal-entużjażmu tagħha biex ‘issolvi’ l-kriżi tal-finanżi tal-PN, din spiċċat ħadet l-akbar xokk ta’ ħattitha meta skopriet li d-dejn tal-PN hu enormi wisq biex jissolva, u tela għal €56 miljun!
Infurmati wkoll li Agius Cabourdin ndunat li bil-kariga tagħha spiċċat poġġiet ix-xogħol tar-raġel tagħha taħt spotlight, saret Politically Exposed Person mal-banek, filwaqt li hi mhi qed titħallas xejn għal xogħolha.
Inasomma, fid-Dar Ċentrali kompliet tidwi l-mistoqsija: ‘Chi l’ha vista?‘

Li qed jgħorok idejh għal dan l-iżvilupp hu s-Segretarju Ġenerali Charles Bonello, li malajr kienu rxuxtawh fi Pjazza Tritoni wara li għedt li Agius Cabourdin tfietu u ħallietu prattikament bla xejn x’jagħmel.
Bonello jaf li qed nikteb fuq l-għijbien ta’ Agius Cabourdin, u qed jgħorok idejh għax rebaħ lura t-tapit li ħadlu Alwex Borg.




