Bombastiku u pompuż.
Peter Agius, l-‘akkwist’ tal-Partit Nazzjonalista fil-Parlament Ewropew irriżulta li hu irrilevanti, aktar mill-MEPs irrilevanti fi Brussels.
Ir-rankings maħruġa l-bieraħ juru li mhux biss Peter Agius ma jgawdi l-ebda rilevanża fil-Parlament Ewropew, iżda saħansitra ġie wara dawk il-ħafna MEPs estremisti u oħrajn li jmorru l-Parlament Ewropew biex isaħħnu s-siġġu biss.
Anki dawn marru aħjar minnu!

Peter Agius, sar aktar irrilevanti mill-irrilevanti fil-Parlament Ewropew
Insomma, Peter ta’ ‘wara l-heater‘ kif isejjaħlu l-kanvasser tiegħu Aaron Caruana ‘il-Bibi’, għad fadallu ħafna katra x’jaħsad fil-Parlament Ewrope, partikolarment meta wieħed jinnota li d-Deputat Mexxej Laburista Alex Agius Saliba sar għandu aktar influwenża mill-President Roberta Metsola li spiċċat warajh!




