Qed twebbes rasha, u għal raġunijiet ovvji għandha l-appoġġ tal-Partit Nazzjonalista u ta’ Repubblika!
Il-Maġistrata Gabriella Vella, li fuqha hemm għadd ta’ dellijiet dwar il-mod kif mexxiet l-inkjesta dwar l-Isptarijiet u l-motivazzjonijiet ċari wara ċerti konklużjonijiet li qed ikunu kkontestati quddiem il-Qorti Kostituzzjonali qed tinsisti li għandha tkun elevata għall-bank ta’ Imħallef!
Minbarra l-appoġġ politiku tal-PN u ta’ Repubblika, Gabriella Vella għandha l-appoġġ tal-Ombudsman Joseph Zammit McKeon u ta’ Peter Fenech, il-President tal-Kamra tal-Avukati.
Zammit McKeon ilu żmien jimbotta lil Gaby Vella għall-kariga, u Peter Fenech, eks konsulent ta’ Louis Galea, bniedem ta’ fiduċja ta’ Simon Busuttil u eks Chairman tal-Kummissjoni Elettorali tal-PN it-tnejn huma rrapurtati li qed jaħdmu b’saħħa biex jiggarantixxu l-promozzjoni lill-Maġistrat Vella.

Appoġġ imqaddes: Joseph Zammit McKeon, Gabriella Vella u Peter Fenech
Tal-PN ħarġu jattakkaw lill-Ministru Jonathan Attard għaliex wissa lill-Kummissjoni tal-Għażla biex jevitaw li jaħtru persuni kontroversjali fil-kariga, u r-raġunijiet tal-kontroversja huma ovvji, ċari u magħrufa ma’ kulħadd.
Bil-ħatra ta’ Gabriella Vella bħala Imħallef, se tkun qed tintilef dik il-ftit fiduċja li għad fadlilha l-istituzzjoni tal-Qorti, speċjalment wara l-istraġi li qed tinkixef ra’ kif tmexxiet l-Inkjesta dwar l-Isptarijiet.

STOP! għall-promozzjoni ta’ Gabriella Vella għall-bank tal-Imħallfin
Dan għaliex sezzjoni kbira ħafna tal-poplu se jkun qedjieħu l-ħatra tal-Maġistrat Vella bħala offiża gravi, għaliex il-poplu jippretendi ġustizzja u mhux ġustizzja partiġġjana.
Il-Maġistrat Vella għandha storja ta’ familjari fil-qrib ħafna tagħha li ddikjaraw il-preġudizzju ċar tagħhom lejn il-Partit Laburista, lejn il-Laburisti u lejn il-mexxejja tiegħu.
Il-poplu jrid li l-ġustizzja ssir, iżda fuq kollox li tidher li qed issir.
Nibża li jekk Gabriella Vella tkun promossa għall-bank tal-Imħallfin, se jinżlu n-nies fit-toroq.
Gabriella Vella, għandha ħafna għal xiex tirrispondi fuq il-mod ta’ kif mexxiet l-Inkjesta tal-Vitals, kif intgħażlu l-esperti, kemm tħallsu l-esperti u kif ħadd minnhom ma jrid jikkonferma l-konklużjonijiet mniżżla fl-istess Inkjesta.
L-appell sinċier tiegħi lejn il-Kumitat ‘indipendenti’ tal-għażla hu biex ma jwebbisx rasu u jagħmel l-iżball li jaħtar lil Gabriella vella fil-kariga ta’ Imħallef.




