Mark my words – jgħidu l-Ingliżi! Fi ħdan il-Partit Nazzjonalista qed ikunu msinna l-iskieken. L-aħnar tal-MaltaToday li kumpannija ta’ Simon Mizzi kienet titqabbad fit-tfassil tas-surveys politiċi, kixfet il-lagħtu ta’ borma tbaqbaq u l-implikazzjonijiet se jkunu goffi ħafna.
Adrian Delia donnu xamm mill-bogħod hekk kif ftit tal-jiem ilu sostna li ma kienx qed jemmen is-survey tal-MaltaToday li kien ħareġ f’Ġunju li għadda u li sussegwentement wasslet biex Bernard Grech jirriżenja minn kap tal-PN.

Is-survey ta’ Ġunju li wassal għar-riżenja ta’ Bernard Grech minn Kap tal-PN
Delia qal: ‘jien m’emmintx is-survey, u li kieku kont Bernard Grech ma kontx nirreżenja!’
Din id-dikjarazzjoni ta’ Delia tidħol ingwanta mar-rabja tiegħu fil-lejl tal-għadd tal-voti u l-kontestazzjoni tiegħu għall-100 vot li setgħu biddlu l-kors tal-elezzjoni għall-kap ul-ġdid tal-PN, li ra lil Alex borg jaħtaf it-tmexxija b’miserja ta’ 44 vot biss.

Adrian Delia dieħel fi gwerra biex jieħu lura dak li jemmen li nsteraqlu: it-tmexxija tal-PN
Għal min hu midħla tal-politika u l-manuvri li saru komuni ħafna fi ħdan il-PN, is-survey ta’ Ġunju u l-anomalija li kellha fejn il-Partit Laburista jirbaħ kollox ġlief Għawdex, kien Kolp ta’ Stat fin, biex Bernard Grech jidher tellief u Alex borg ic-Champion li kapaċi jrebbaħ il-PN.

L-anomalija fis-survey fejn f’Għawdex Alex Borg ħareg ifuħ
Ma kienx lanqas b’kumbinazzjoni l-irwol ta’ ray Bezzina fl-isfond tal-kampanja ta’ Alex Borg, meqjus bħala l-mutur wara l-isfaxxar tal-ftehim li suppost kellu Alex Borg ma’ Adrian Delia biex ma jikkontestax.
Fl-isfond ta’ dawn il-manuvri kollha, hemm il-kaos li ilu jiddomina fil-PN u jġib il-firma tal-establishment b’Membri Parlamentari magħrufa jilgħavu u jimmanipulaw sitwazzjonijiet, biex ġelldu l-fażżjoni moderata u l-establishment tiddeverti u tibqa’ gallarija waqt li tissaħħaħ.
Fil-PN reġa twettaq kolp ta’ stat, izda din id-darba hemm fin-nofs Adrian delia li mhxu se jkun ċass u jilgħaq il-feriti. Se jidħol fi gwerra bir-ras u se jieħu dak li jemmen li hu tiegħu. It-tmexxija tal-PN.
Dgħajjef iżda nkażżat illejla hu Bernard Grech, li llejla nduna li sħabu qatt ma kienu

Il-vittma tal-Kolp ta’ Stat fil-PN: Bernard Grech




