Il-Ministru għall-Intern u s-Sigurta’ Nazzjonali Byron Camilleri wissa lill-Oppożizzjoni Nazzjonalista dwar jekk jafux x’qed jgħidu meta jinsistu bl-użu ta’ mezzi nevali tal-Forżi Armati f’ibħra internazzjonali kontra sajjieda Tuneżini.
Waqt il-ħin tal-mistoqsijiet parlamentari, id-Deputat Nazzjonalista Darren Carabott talab lill-Ministru Camilleri jispjega gġaliex il-Gvern mhux qed jikkunsidra l-użu tal-meżżi tal-AFM kontra s-sajjieda Tuneżini li qed jidħlu fuq iċ-ċimi għall-lampuki tas-sajjieda Maltin.
Il-Ministru Camilleri wieġeb b’mistoqsijiet lura lill-Oppożizzjoni dwar jekk tafx x’qed titlob, u jekk ntafx id-differenża bejn l-ibħra territorjali li jestendu sa 12-il mil nawtiku, imbgħad il-25 mil ta’ sajd esklussiv li jinsabu f’ibħra internazzjonali u jekk tafx kif f’ibħra internazzjonali, bħalma mezzi navali tal-AFM jistgħu imorru, anki t-Tuneżini jistgħu jingħatu l-meżżi tagħhom
L-implikazzjonijiet ta’ inċidenti diplomatiċi jew militari jsiru reali, u għaldaqstant, il-Ministru Vamilleri staqsa lura lil Darren Carabott jekk jafx iwieġeb.
Bħalissa, fl-ibħra msemmija hemm il-bastiment Ocean Sentinel mibgħut mill-Kummissjoni Ewropea li qed jassisti lis-sajjieda Maltin u Għawdxin u jżomm ħarsien tal-konsijiet tagħhpm, u dan b’intervent tal-Gvern Malti permezz ta’ diskussjonijoiet mmexxija mis-Segretarju Parlamentari Alicia Bugeja Said u mill-Ministru Anton refalo mal-Kummissarju Ewropew responsabbli għas-settur.




