Tajba wkoll din!
Il-Partit Nazzjonalista ħareġ jattakka u jikkundanna lill-Ministru għall-Ġustiżżja Jonathan Attard biex jiddefendu lill-Maġistrat Gabriella Vella, li qed tfittex biex tkun elevata għall-kariga ta’ Imħallef.
Il-kelliem għall-Ġustiżżja Joe Gilglio ħadha bi kbira għaliex il-Ministru Attard wieġeb mistoqsija tal-media dwar l-ambizzjoni tal-Maġistrat Vella, u qal li l-Kumitat Indipendent tal-Għażla tal-Ġudikatura għandha tevita li taħtar ‘persuni kontroversjali’ fil-kariga.
Giglio hadha bi kbira nsomma.
Li nesa jgħid iżda Joe Giglio hu li dan il-Gvern – għaliex demokratiku – neħħa l-poter tal-għażla tal-Ġudikanti għal idejn Kumitat Indipendenti. Kuntrarju għal żmien li jien u hu niftakru sew meta l-Prim Ministru tal-ġurnata kien iqum filgħodu u jinnomina Mħallef jew Maġistrat li jrid hu.
Jonathan Attard ma ndaħalx, anżi wissa bħala politiku responsabbli biex ikunu evatiati skandli jew agħa pubblika, kif fil-fatt hu fid-dmir li għamel.
Iżda l-mistoqsija hi din.
Għaliex Joe Giglio u l-Partit Nazzjonalista qed jiddefendi b’saħħa lill-Maġistrata Gabriella Vella?

Gabriella Vella
Hu fatt magħruf li l-PN jiddefendi b’saħħa lil min hu ‘minn tagħhom’ u li ‘jaqdihom’.
Bl-istqarrij at’; kundanna, Joe Giglio għadu kif ikkonferma kollox li għadni kif ktibt f’;dawn l-aħħar jiem.
Il-Maġistrata Gabriella vella, m’għandhiex le, tinħatar Imħallef.
Meta ftit taż-żmien ilu staqsewha għaliex ma applikatx qabel, il-Maġistrat Vella wieġbetr: ‘għaliex biex inpaxxih?’
Dak iż-żmien Gabriella Vella kienet għadha għaddejja bl-Inkjesta dwar l-Iptarijiet.





