Tkompli l-ħidma tal-Awtorita’ għad-Djar bil-programm estensiv ta’ tisbiħ, manutenżjoni u tranġar tal-postijiet tal-Gvern.
Fil-Qasam taċ-Ċawla, matul dawn l-aħħar ġimgħat wieġed seta’ jinnota kuntratturi jaħdmu fuq diversi appartamenti, jirranġaw, jisbħu u jwettqu l-mautenżjoni fuq il-binjiet ta’ akkomodazzjoni soċjali.
Numru ta’ Periti tal-Awtorita vvjaġġaw lejn Għawdex biex segwew il-ħidma u ggwidaw lill-kuntratturi fuq ix-xogħolijiet li kienu meħtieġa, filwaqt li deheru wkoll jitkellmu mal-inkwilini u jispjegaw ix-xogħol li kien għaddej.
Dan ix-xogħol qed ikopri l-oqsma ta’ akkomodazzjoni soċjali kollha madwar Malta u Għawdex u jiswa’ l-miljuni ta’ Ewro.

Partijiet mill-bini tal-Housing Soċjali f’Taċ-Ċawla f’Għawdex, b’uplift evidenti



Il-Ministru għall-Akkomodazzjoni Soċjali Roderick Galdes qal li dan ix-xogħol hu ntiż li jkompli jgħolli lplivell ta’ għixien tar-residenti, filwaqt li l-Gvern iħares l-istock ta’ binjiet li għandu.
Proġetti bħal dawn qatt ma saru sa minn mindu ħafna mill-postijiet inbnew sa minn tmiem it-Tieni Gwerra Dinija, u taħt Gvernijiet tal-PN aatt ma sar xejn u tħallew f’abbandun totali.
Ħafna mir-residenti esprimew il-gratitudni u s-sodisfazzjon tagħhom lejn l-Awtorita’ għad-Djar u lejn il-ħaddiema u l-Periti li ħadmu fuq il-manutenżjoni fir-residenżi tagħhom.




