X’sar minnha l-Kap Eżekuttiva l-ġdida tal-PN Sabine Agius Cabourdin?
Wara l-pompa kollha mal-ħatra tagħha u saħansitra d-dehera pubblika tagħha takkumpanja lill-Kap Alex Borg f’laqgħa mal-Kamra tal-Kummerċ, f’daqqa’ waħda Agius Cabourdin sparixxiet, u diġa’ qed tiġri l-kelma li diġa’ trid iżżarma mill-kariga!
Nifhmu li Agius Cabourdin tinsab taħt pressjoni familjari hekk kif il-kariga tagħha issa poġġiha – u ma nafx kid ma antiċipatx – bħala Politically Exposed Person, (PEP) filwaqt li poġġiet taħt spotlight in-negożju tar-raġel tagħha.
Imkejjen infurmati qalulna li fid-Dar Ċentrali kulħadd jaf li Agius Cabourdin trid titlaq. Qed tiddejjaq għax qed taħdem għalxejn u fl-istess waqt il-proġett fdat lilha – dak tal-kriżi finanżjarja tal-PN – hu kbir wisq għaliha impossibbli biex tissolva.
Agius Cabourdin saħansitra qatgħet qalbha li ssib awditur li hu lest jiffirma l-accounts tal-PN, filwaqt li hemm ukoll tensjonijiet bejnha u s-Segretarju Ġenerali Charles Bonello, li qed iħoss il-kariga tiegħu mhedda.




