Ritratt ippubblikat fuq Facebook mill-eks Segretarju Ġenerali tal-PN Michael Piccinino għorokli għajnejja biex nagħmel ftit tal-mistoqsijiet pubbliċi, u dan għall-benefiċċju tat-trasparenża.

Piccinino qed jgħid li hu direttur tal-MediaLink, jiġifieri telaq minn Segretarju Ġenerali tal-PN biex żamm il-paga ta’ direttur?
Kemm hu s-salarju tiegħu?
Dan baqa’ jitħallas minn fondi tal-PN bħala parti mill-ftehim biex jitlaq minn Segretarju Ġenerali u jagħmel spażju għal Charles Bonello li ħa postu?
Michael Piccinino hu kandidat għall-Elezzjoni Ġenerali f’isem il-PN fuq ir-4 Distrett, u diġa’ smajt il-garr dwaru fejn tiukkonċerna exposure privileġġjata mill-media tal-PN.
Asking for a friend.




