Allaħares kien Laburist, għaliex ħoll xagħrek u ġib iż-żejt fuq kif kienu jsallbuħ, javveluh u jqattgħuh biċċiet fil-gazzetti u fil-mainstream media f’dan il-pajjiż ipokrita.
Lil Simon Mizzi jgħattulu, jaħbulu u saħansitra jinjoraw inċident serju bħal dak li seħħ fir-Rabat, Għawdex nhar is-Sibt filgħaxija, meta ċedew għadd ta’ binjiet li kienu qed jistrieħu fuq sit taħt kostruzzjoni, li b’kumbinazzjoni s-Site technical Officer hu propju Simon Mizzi li dan l-aħħar nħatar il-Kap tal-Leadership Delivery Office tal-Kap Nazzjonalista Alex Borg.

Simon Mizzi
The Times, The Malta Independent, Lovin Malta, Newsbook – insomma dawk li jħobbu ħafna lill-Partit Laburista rrappuratw l-inċident, iżda din id-darba ħadd ma daħal fl-ipeċifikazzjonijiet tan-nies involuti fil-każ.
Ħadd m’hu se jneħħili minn rasi li għallinqas ta’ The Times fittxew ta’ min hu l-proġett u min huma l-periti, s-site technical officers.

l-Istraġi fir-Rabat, Għawdex
Tal-media donnhom għandhom fetish biex jaraw x’se jċappsu ma’ wiċċ żviluppaturi bħal Portelli, Tal-Franċiż, ta’ Dirjan, imma din id-darba sabu isem Simon Mizzi. Għalhekk, omerta!
Kellu jkun Wayne Flask li jostaqsi pubbliakment fuq is-skiet li jtarrax fuq dan il-każ.
Flask żvela d-dettalji kollha. Antiċipa lil kulħadd u ħasad lill-media li ma rrapurtatx. Fil-fatt, ħammrilhom wiċċhom!





