Fl-isfond tax-xenati u l-manuvri ta’ Adrian Delia mindu tilef it-tieni elezzjoni in fila għall-kariga ta’ Kap tal-Partit Nazzjonalista, fejn issa sar aktar mkinn evidenti li qed jipprova jagħmel ħajjet Alex Borg diffiċli ħafna, qed tqum il-mistoqsija fod-Dar Ċentrali dwar jekk l-istess Delia qedx jipprepara biex jagħti s-salt fuq it-tmexxija ta’ Borg.
Fid-Dar Ċentrali jafu li Delia mhux se jagħmel il-mossa issa, iżda qed iħejju ruħhom biex jiddefendu t-tmexxija ta’ Borg mill-attakki eventwali ntiżi biex jidistabbiliżżaw lil Borg u kapaċi jwassluh biex jitlef l-Elezzjoni Ġenerali li jmiss.

Nifhmu li Delia qed jirkeb fuq il-prużunżjoni ta’ Alex Borg li jiddikjara li kapaċi jirbaħ l-elezzjoni ‘hands down’ u anki ‘f’xahar’.
F’dan l-isfond, nifhmu li ħafna mill-entourage ta’ Alex Borg jemmnu li Delia se jaħdem b’saħħa biex Alex Borg jispiċċa biex jumilja lilu nnifs b’riżultat ieħor diżastruż għall-PN.
Hawnhekk mistennija l-mossa ta’ Delia li jagħti s-sa;t fuq it-tmexxija ta’ Alex Borg, fejn f’laż ta’ telfa, Alex Borg kapaċi jittanta jitlob lill-Kunsilliera biex jikkonfermawh fil-kariga minħabba ż-żmien qasir wisq li kellu fit-tmexxija.
Delia – jemmnu bosta osservaturi – kapaċi jaħtaf l-opportunita’ li jibda jiġbor il-firem tal-Kunsilliera biex jaqbad u jikkontesta lil Alex Borg u joħroġ biex ipattilu għall-umiljazzjoni b’rebħa ta’ 44 vot biss.

Dahq kollu fake u staged
Bejn Adrian Delia u Alex Borg bħalissa hemm breakdown totali fil-komunikazzjoni. M ajitkellmux u jekk wieħed ikollu bżonn jikkomunika, jużaw lis-Segretarju Ġenerali Charles Bonello bħala l-interlokutur.
Delia rrifjuta l-kariga ta’ Viċi Kap u ħa għalih għaliex issa Alex Borg qed jimbotta lil Darren Carabott għall-kariga minfloku.
Delia lanqas ma ried jaċċetta li jingħġata l-portafoll tal-finnażo fix-Shadow Cabinet ta’ Borg, u żamm lil Borg ostaġġ għal 35 siegħa biex jippubblika l-lista, u kellu jkun intervent tas-segretarjat ta’ Alx Borg li kkonvinċew lil Borg biex immedjatament jinjora lil Delia u jaqbad jippubblika l-lista kif ried il-Kap.




