Għadha żażgħugħa, iżda immatura u poliyikament naive Eve Borg Nonello.
Wara l-istunt ridikolu miexja wara l-iscammel, imbgħad bil-video terfa l-vara ta’ San Ġiljan liebsa t-takkuna, issa din id-Deputata Nazzjonalista dehret tqassam tilar doughnuts waqt l-attivita’ tal-Kap Nazzjonalista Alex Borg f’Ħal-Qormi l-bieraħ filgħodu.

Borg Bonello dalgħody reaġixxiet għal dak li kitbet id-Deputata Laburista Rosianne Cutajar, li fakkritha fl-ipokreżija ta’ sħabha fil-PN li kienu wasslu biex talbu lill-Kummissarju għall-Istandards kif ukoll lill-Kummissarju tal-Pulizija biex jinvestigawha għaliex qassmet il-larinġ lill-anżjani.

Rosianne Cutajar fakkritha mhux biss fl-ipokreżija, iżda fuq kollox fuq id-‘double standards’ ta’ sħabha li wżaw l-istrateġija tal-ibbuljar u l-persekuzzjoni lejha għaliex hu Deputata Laburista.
L-istess kienu għamlu tal-PN mal-mibki Silvio Parnis, meta rrappurtawh għaliex qassam ir-roly poly lill-anżjani.




