Il-Kummissjoni indipendenti li tagħżel lill-Membri tal-Ġudikatura m’għandhomx jaħtru lil Gabriella Vella bħala Mħallef.
Il-messaġġ tal-poplu hu ċar. Kif issemmi l-isem ta’ Gabriella Vella – illum Maġistrata – jirvilla u jsejjaħ għal ġustiżżja, fl-isfond tat-tgħaffiġ fl-Inkjesta li mexxiet dwar l-Isptarijiet, fejn intefqu l-miljuni biex tħallsu numru ta’ esperti barranin li la jridu jixħdu, la jridu jikkonfermaw li kitbu, jew ffurmaw u xoljew lill-kumpanniji tagħhom waqt li kienet għaddejja l-Inkjesta.
Gabriella Vella gġandha ħafna għal xiex tirrispondi. Huma ħafna l-irregolaritajiet li joħorġu mill-Inkjesta, biex ma nsemmux ukoll il-guffaġni fil-konklużjonijiet tagħha. Biex ma nsemmux il-motivazzjonijiet partiġġjani wara l-Inkjesta.
Vella ilha tistenna biex tkun elevata għal Imħallef, u din id-darba jidher li hemm ċaqlieq biex din tinħatar fil-jiem li ġejjin.
Il-Gverrn m’għandux il-poter li jagħżel, jaħtar, jew iwaqqaf il-ħatriet tal-Membri tal-Ġudikatura għaluex dan hu f’idejn Kumitat Indipendenti magħmul minn Ġudikanti sedenti, Eks ġudikanti u avukati.
Il-poplu qed jistenna li dan il-Kumitat ikun serju u diċenti, u jagħraf li l-ġsara li ssir lill-Ġudikayura bil-ħtra ta’ Gabriella Vella fil-kariga ta’ Imħallef tkun irreparabbli.
#Qabel ma taħtru lil Gaby Vella, isimgħu lill-poplu, u tevitaw il-mistħija.




