Is-sinjali kollha kienu ċari, sa mll-intervisti li ta lil The Times u lil Lovin Malta l-ġimgħa li għaddiet, li Adrian Delia għandu l-intenżjoni li jisfida u jagħmel ħajjet il-Kap tal-PN Alex Borg miżerja. U hekk qed jiġri.
Għaddew 24 siegħa mindu Alex Borg beda jibgħat għad-Deputati tiegħu biex jifforma x-Shadow Cabinet tiegħu, u s’issa ma jistax iħabbar xejn għaliex Delia ma jridx jikkonfermalu l-kariga li taħ.
Imkejjen infurmati fi ħdan id-Dar Ċentrali qalulna li Delia qed jirreżisti milli jikkonfermalu l-kariga l-ġdida li tah, li milli nifhmu m’għadhiex ts-Saħħa. Delia qed jirreżisti u għaldaqstant, Alex Borg ma jistax iħabbar ix-Shadow Cabinet għaliex ikollu jerġa jbiddel kollox.
Is-sitwazzjoni hi serja tant li Alex Borg qed jispiċċa imbarazzat pubblikament minn Delia, fejn issa spiċċa ostaġġ hu, flimkien mal-Grupp Parlamentari, fejn ħidmet il-Partit u tal-Oppożiżżjoni tinsab ipparalizzata.
Nifhmu li Delia għamel xenata oħra fuq il-kariga offruta u beda jisfida għal raġun meta sema’ li Darren Carabott qed ikun imbuttat għa; Viċi Kap.
Bejn Alex Borg u Adrian Delia issa hemmx iżma totali. L-affarijiet fil-PN ma jidhrux sbieħ.
It-tgħannieq u l-bews fir-ritratti kollha li rajna fil-jiem li għaddew bejn Delia u Borg, kienu kollha fake.
Għedtilkom!




