SabineL-istat tal-finanżi tal-Partit Nazzjonalista huma agħar milli stenniet it-tmexxija l-ġdida tal-PNm tant li l-Kap Eżekuttiv Sabine Agius Cabourdin hi rrapurtata li kienet ‘ixxukkjata’ bil-kobor tal-problema, tant li mkejjen viċin tagħha spjegawlna li diġa qed taqta’ qalbha li ssib tarf tal-problema.
Nifhmu li wara sensiela ta’ laqgħat interni ma’ nies li kellhom x’jaqsmu mal-fianżi tal-PN, Agius Cabourdin saġansitra kkummentat fuq kif setgħu qatt joperaw partit b’sitwazzjoni daqshekk gravi, fejn id-dejn mhux biss qabeż il-€50 miljun, iżda l-banek qed jheddu li jaqbdulhom l-assi biex jitħallsu.
Bla flus għall-pagi, bla flus għaċ-ċedoli, bla flus għall-manutenżjoni tad-Dar Ċentrali, l-eks Kap Bernard Grech ħalla warajh straġi sħiħa, apparti li l-PN jinsab ħames snin b’lura mingħajr ma puubblika d-dikjarazzjonijiet finanżjarji tiegħu bi ksur sfaċċat tal-Liġi dwar il-Finanżjament tal-Partiti.
Il-problema finanżi tal-PN qed titqies bħala l-akbar problema għall-Kap Alex Borg, li qed iħossu li jinsab bil-qiegħda fuq bomba tal-ħin, li tista’ yikkompromettilu l-ħidma b’serenita.
F’dan il-kuntest, hu mifhum li fil-jiem li ġejjin, Alex Borg u t-team ta’ tmexxija Eżekuttiva mistennija jħabbru investigazzjoni interna dwar x’wassal għal din il-ħerba sħiħa fil-finanżi tal-PN u min jista’ jinżamm responsabbli għaliha.
Alex Borg ma jridx bl-ebda mof jitgħabba bil-piż tal-kollass tal-PN taħt il-pressjoni tal-finanżi, u Agius Cabourdin l-istess.




