Bis-serjeta? ‘Read my lips?‘
U ħallina Alex Borg. Biex tagħmel u-turn goffa bħalma għamilt fuq tat-torrijiet f’Għawdex, aqbad u għid sorry, u ammetti li żnaljajt. Semgħek kulħadd tgħidha, u issa qed tipprova tbellagħa li int m’għedtx hekk!.
Għallinqas kun oriġinali, u għid li kkuppjajt il-frażi read my lips mingħand Lawrence Gozni fl-2007, li minn naħa tiegħu ukoll ikkuppjaha minn diskors storiku fl-1988 tal-eks President Amerikan George H. W. Bush, meta kien qed jindirizza l-Kungress tal-Partit tiegħu.
Bush dakinhar kien ċar biex in-nies tkun taf li għandhom jaqrawlu xufftejh jitkellem, li ma kien se jgħolli jew idaħħal l-ebda taxxa ġdida. Dak id-diskors kien inkiteb minn Peggy Newnan, li fil-fatt kienet ġiet Malta takkumpanja lill-President Bush għas-summit mal-President Sovjetiku Mikhail Gorbachev sena wara, ‘Diċembru tal-1989.
Prattikament, dak id-diskors storiku tal-President George H. W. Bush, għandu jwassal lil Alex Borg biex jifhem li l-uniku li jista’ juża dik il-kwotazzjoni, fl-aħjar interpretazzjoni tagħha, hu l-Prim Ministru Robert Abela, li bil-fatti għandu l-kredenżjali kollha biex imur quddiem il-poplu u jgħodlu: ‘Read my lips, again there will be no new taxex in the coming budget!;




