Il-Kap Nazzjonalista Alex Borg jinsab taħt pressjoni. Qed jaqra kitbietna, qed jifhem li aħna korretti u nfurmati sew, u qed jirreaġixxi b’impulsivita’ bl-iskop li jevita aktar ‘fallout‘ mal-fazzjoni estremista fuq x’se jiġri bis-Segretarju Ġenerali Charles Bonello. Fl-istess ħin ukoll, jidher ċar li qed jitlef il-paċenżja tiegħu ma’ Adrian Delia dwar il-kariga offruta ta’ Viċi-Kap.
Mindu ħabbar il-ħatra ta’ Sabine Agius Cabourdin bħala l-Kap Eżekuttiv tal-PN, kif ukoll ta’ Damien Spiteri u Simon Mizzi, rispettivament bħala l-Kap tas-Segretarjat tiegħu tal-Kap u Chairman tal-Leadership Delivery Office, nibtu t-tensjonijiet serji bejn Alex Borg u s-Segretarju Ġenerali Charles Bonello.
Illejla, intervistat fi Pjazza Tritoni mill-ġurnalist Karl Azzopardi, Alex Borg ħass li kellu jintervjeni fuq li ktibna, u qal li lil Charles Bonello, ‘altru milli warrbu, anżi jrid li jissaħħaħ l-irwol tiegħu’
Iżda kif?
Bejn dawn il-karigi kollha ġodda x’se jagħmel is-Segretarju Ġenerali?
Biex jitfi xi ftit in-nar li beda jinfirex fost iċ-ċrieki tal-establishment u anki ta’ Adrian Delia minħabba l-qrubija ta’ Bonello magħhom, Alex Borg qabad u pponta lejn Charles Bonello biex jinqabad mill-kameras ta’ NET TV u jgħid, ‘araw fejnu Charles Bonello, qed fostna!’.

Charles Bonello flimkien ma’ Charmaine Gerada fi Pjaza Tritoni llejla.
Borg ried ixejjen l-assenża evidenti ta’ Charles Bonello minn kull impenn politiku li kellu f’dawn l-aħħar 24 siegħa, fejn l-istes Bonello ma deher assolutament mkien.
Opportuna u ġusta kienet il-mistoqsija ta’ Karl Azzopardi: ‘allura, x’marret tagħmel Sabine Agius Cabourdin dalgħodu il-Kamra tal-Kummerċ? Xogħolha mhux li tirranġa l-kriżi tal-finanżi tal-PN?. Borg inħasad għal din il-mistoqsija u rrikorra għal devjazzjoni.

UNDER PRESSURE: Il-Kap tal-PN Alex Borg illejla
Intant, Alex Borg jidher li qed jitlef il-paċenżja ma’ Adrian Delia, hekk kif matul illum, dan tal-aħħar iddeċieda li jagħmel ‘blitz‘ ma’ The Times u Lovin Malta b’intervisti ffilmajti fejn jistqarr li mhux interessat li jkun il-Viċi-Kap tal-PN jekk kemm-il darba dan jinvolvi elezzjoni interna.
B’mod indirett, iżda ċar, Delia poġġa l-pistola ma’ ras Borg biex jgħidlu jew jaħtru Viċi-Kap dureattament inkella xejn.
Jidger ċae li biex Delia mar fuq The Times u Lovin Malta biex jiddikjara dan, juri kif fallew għal kollox it-taħdiduet bejn l-istess Delia u l-eks delfin tiegħu.
Illehla fi Pjazza Tritonim Alex Borg kien ar ukoll: ‘Il-Viċi-Kap ikun deċiż u kkonfermat mill-Kunsilliera’ – kif fil-fatt jitlob l-istatut tal-PN, li se jerġa jinbidel biex il-PN ikollu żewp Viċi-Kapijiet: Wieħed għall-Adffarijiet tal-Parlament u l-ieħor għall-Partit.
Alex Borg jaf li bilfirs urid jaqta din il-kwistjoni dwar il-Viċi-Kap illum qabel għada u ma jistax jistenna aktar lil Delia jiddeċiedi, hekk kif fil-Grupp Parlamentari qed tikber il-frustrazzjoni bejn id-Deputati li qed iħossuhom ostaġġi tas-suppervja elettorali ta’ Delia.
Alex Borg oriġinarjament ried jagħti l-ħin lil Delia biex jaċċetta t-telfa tal-elezzjoni għall-Kap, u ma jaħtarx ix-Shadow Cabinet qabel ma jkollu l-OK għall-kariga ta’ Viċi Kapminn Delia.
Filwaqt li Delia kull darba rrepeta li mhux interessat għaliex iħossu ‘ttradut’ u ‘maħdum’ minn Borg li kkontestaħ u rebaħlu b’44 vot, qed jissuspetta li Borg għandu kandidat li jista’ jikkontestah jekk issir elezzjoni.
Fost dawk li jidher li jrid ikun Viċi-Kap għall-Affarijiet tal-Parlament, qed nifhmu li hemm id-Deputat Mark Anthony Sammut li hu interessat, madankollu ma nafux jekk għandux l-appoġġ ta’ Alex Borg.
Delia jaf, li jekk ikun hemm elezzjoni interna għal Viċi-Kap u jitlef anki din, ikun ifisser it-tmiem ta’ kollox fgħalih fil-PN.
Sadanittant, jidher li Alex Borg għandu wkoll f’moħħu persuna li idealment għandha tokkupa l-kariga ta’ Viċi-Kap għall-Affarijiet tal-Partit. Dan hu eks Deputat.




