Jisimħa Sabine Agius Cabourdin, avukata ta’ professjoni, miżżewġa kuntrattur, iżda għandha reputazzjoni ta’ ‘pitbull’ li kapaċi tkun inċiżiva fejn meħtieġ u bla kantunieri. Fil-kariga li ngħatalha biex tkun l-ewwel Kap Eżekuttiva tal-Partit Nazzjonalista, Agius Cabourdin hi mifhuma li ngħatat brief tqil u kumpless: Dak li tara li ‘kulħadd jiġbed il-linja tal-Kaġ, ssib tarf tal-finanżi tal-PN u li tilqa’ minn qabel għal kull insobbordinazzjoni.
Il-mossa ta’ Alex Borg li jħabbar għall-għarrieda lil Agius Cabourdin nħatret bħala l-Kap Eżekuttiv tal-PN hi mossa li qed titqies bħala waħda ntiża biex ‘tiflaxxja l-ġrieden’ minn ġod-Dar Ċentrali, b’mod partikolari lil dawk li fl-aħħar snin kienu mażżra m’għonq il-PN bl-imġieba tagħhom.
Fi ftit kliem, Alex Borg telaq pitbull f’ofs id-Dar Ċentrali, u l-ewwel vittma ta’ Cabourdin hu Charles Bonello, is-Segretarju Ġenerali li issa spiċċa bit-tapit miġbuf minn taħt saqajh u tħalla mingħajr ebda saħħa ta’ deċiżjoni jew awtorita’.
Bonello li nħatar ftit tax-xhur ilu minn Bernard Grech wara r-riċenja ta’ Michael Piccinino, hu meqjus bħala viuċin ta’ ‘Adrian Delia’ u ma kienx jaf bil-pjan hħa;;=ħatra ta’ Cabourdin.
Mill-bieraħ filgħaxija ‘l hawn, bejn Charles Bonello u Alex Borg nibtet tensjoni, tant li f#’ritratti ppubblikati dalgħodu b’Alex Borg mal-karigi l-ġodda u oħrajn f’laqhħa mal-MEP Peter Agius, Vonello ma deher assolutament mkien.
Fost l-ewwel affarijiet li għamlet Agius Cabourdin dalgħodu hu li ssiġillat l-uffiċċju tat-teżirier fid-Dar Ċentrali, filwaqt li ordnat li jiddaħħlu l-awdituri biex filwaqt li jħejju rapport dwar l-istat tal-finanżi tal-PN, jivda x-xogħol fuq dak li qarr ma’ sar: Dak li jkunu ppubblikati l-kontijiet tal-PN!
Diversi mit-team ta’ Alex Borg huma tal-fehma li Alex borg jeħtieġ li jagħti l-poter lil Cabourdin biex tordna li ssir inkjesta interna dwar fejn marru l-flus tal-PN f’dawn l-aħħar snin, kif id-dejn tħalla jitla għal rekord ta’ €50 miljun u jekk hemm xi nies li għandhom jassumu r-responsabbilta għal din l-istraġi kollha.
Il-ħatra ta’ Agius Cabourdin ħolqot ukoll tensjoni fil-kamp tal-kanvassers ta’ Adrian Delia għaliex jafu li din m’għandhiex simpatija miegħu, tant li reċentement kitbet post fuq Facebook fejn attakkatu fuq il-kwistjoni tat-tesserati li kienu eliġibbli jew le biex jiddeċiedu fl-għażla tal-Kap il-ġdid.




