Adrian Delia fl-aħħar beżaqha. Joqgħod għal Viċi Kap, iżda bil-kundizzjoni oxxena, li Alex Borg jaħtru direttament fil-kariga, u mhux b’elezzjoni interna – kif fil-fatt jitlob l-istatut.
Delia s’issa rrifjuta kull stedina li għamillu l-Kap Nazzjonalista, u qed iżomm lill-Grupp Parlamentari ostaġġ tas-suppervja tiegħu, hekk kif Alex Borg għadu ma kellem lil ħadd mid-Deputati tiegħu biex jifforma x-Shadow Cabinet, qabel ma jkun jaf x’se jagħmel l-istess Delia. Dan qed iqajjem frustrażżjoni kbira fost id-Deputati Nazzjoanlisti, li lkoll huma anżjużi jaraw fuq liema dekasteri se jkyny qed jaħdmu, jew se jkomplux fejn kienu.

F’intervista li ħartġet ftit tal-ħin ilu fuq Lovin Malta, Delia stqarr li mhux lest li jerġa jikkontesta elezzjoni interna, u bagħat il-messaġġ indrett lill-eks denfil tiegħu li mhux se jpaxxih jarah jaħli aktar enerġija, hekk kif biex jinħatar Viċi Kap, trid issir elezzjoni interna bil-possibbilta’ li jkun ikkontestat minn xi ħadd li jista’ jkun ta’ fiduċja aktar minnu.
Fi ftit kliem Delia poġġa pistola ma’ ras Borg fuq tal-Viċi Kap, anki jekk hu probabbli li Alex Borg hu ntiż li jumilja lil Delia u jpatti;u tal-ħsara li għamillu billi kien ngħaqad mal-establishment meta nħema’ l-pjan biex jinqasam il-poter fil-PN bejn Delia u Roberta Metsola.
Mhux eskluż li Alex Borg irid ikompli jumilja lil Delia billi jarah ikkontestat u miknus mill-PN, billi jtelliflu anki l-kariga ta’ Viċi-Kap b’kandidat minn tiegħu, u jaħsel idejh bl-iskuża tal-għażla tal-Kunsilliera!
Let the show begin, jgħidu fi Broadway!




