Issa hu ċar aktar minn qatt qabel! Wara l-Inkejsta Vitals li tmexxiet mill-Maġistrat Gabriella Vella hemm id moħbija. Ta’ min hi se niskopruha dalwaqt, u se jkollu jirrispondi quddiem il-ġustiżżja.
Minn xhiedha taħt ġurament dalgħodu mill-espert Irlandiż Alan Heath, jirriżulta kif minkejja li l-Inkjesta ntlabet u nfetħet fl-2021, dan ix-xhud kien fiġa fil-pussess ta’ dik li tista titfisser bħala ‘hit list’ ta’ persuni, uffiċċjali, konsulenti u esponenti tal-Partit Laburista biex jibda jfittex fuqhom b’rabta mal-kuntratt tal-Isptarijiet.
Dan ifisser li l-Maġistrat Gabriella Vella għandha ħafna x’tirrispondi, partikolarment fuq min irrakkomanda lil Alan Heath beix ikun parti mit-team ta’ esperti, meta diġa kellu l-‘hit-list’ ta’ persuni biex jinvestiga sa mill-2019?
Kif b’kumbinazzjoni kienet hi mexxiet l-Inkjesta?
U jekk Alan Heath dalgħodu kien komdu jiżvela dan l-iskandlu, allura Gabriella Vella ma kenitx taf b’din l-anomalija?
Ma min tkellmet? Ma min ikkordinat@
Ta’ min hi l-id moħbija?




