L-espert Irlandiż li tqabbad – fost ħafna oħrajn – biex jassisti lill-Maġistrat Gabriella Vella fl-Inkjesta kontroversjali dwar l-Isptarijiet, dalgħodu ‘ikkonferma’ taħt ġurament, li hu qatt ma daħal f’siti tal-aħbarijiet Maltin.
Alan Heath ikkonferma dan mal-Avukat Franco Debono, li intervjena biex ifakkru li kien taħt ġurament waqt ix-xhieda tiegħu permezz ta’ video conferencing mal-awla.
Heath hu wieħed mill-esperti barranin li tħallsu eluf kbar ta’ Ewro għas-sehem tagħhom fl-Inkjesta Vitals, madankollu s’issa ma ħareġ l-ebda evidenża konkreta mill-konklużjonijiet tagħhom.
I-ċaħda tiegħu li qatt ma daħal f’siti tal-aħbarijiet Maltin wasslet għal tbissim fl-awla tal-Imħallef Edwina Grima, hekk kif Alen Heath kien involut fis-searches kollha ordnati mill-Maġisrata gabriella Vella, inkluż fid-dar tal-eks Prim Ministru Joseph Muscat.
Ħafna mill-esperti qed jagħmlu minn kollox biex jevitaw li jixħdu, fosthom Jeremy Harbinson li issa qed jirriżulta li kien il-leader fl-Inkjesta Vitals.




